Is-Segretarju Parlamentari George Hyzler izur il-M.E.T.C.O.
Is-Segretarju Parlamentari George Hyzler izur il-M.E.T.C.O.
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici l-Onor. George Hyzler illum ghamel zjara lill-Chairman u l-haddiema tal-Malta External TradeCorporation Ltd. fl-ufficini taghhom f’San Gwann.
Tul iz-zjara tieghu, ic-Chairman tal-METCO, Norman L. Zammit spjega lil Dr. Hyzler l-operat tal-korporazzjoni u l-hidma li hi twettaq biex tghin industrijalisti Maltin jbieghu l-prodotti taghhom ’il barra minn xtutna.
F’diskors li ghamel meta kellem lill-gurnalisti, is-Segretarju Parlamentari George Hyzler fahhar ix-xoghol tal-METCO u habbar li fi ftit tal-granet ohra delegazzjoni maghmula minn tnejn u ghoxrin kumpanija sejra Oman u Dubai biex tippromwovi prodotti Maltin.
Dr. Hyzler qal li l-impenn tal-Gvern Malti hu li jizgura li jkun hawn policies ekonomici fil-pajjiz li jserhu ras l-investitur Malti u barrani. Sostna li hemm bzonn li nfittxu dawk in-‘niche markets’ li fihom nistghu nippenetraw bi prodotti kompetittivi u ta’ kwalita’.
Fl-istess hin, il-Gvern, qal Dr. Hyzler se jiggarantixxi tnaqqis fl-ispejjez ta’ l-industrijalist, biex dan ikun jista’ jikkompeti ahjar, mhux biss fis-suq lokali, izda ukoll fi swieq ohra lil hinn minn xtutna. Hu sostna li it-triq li rega qabad pajjizna lejn l-Unjoni Ewropea hi wahda importanti ghax ser tkompli tghin biex f’Malta tinholoq stabilita’ u b’hekk titjieb l-industrija u tizdied l-esportazzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari semma ukoll il-bzonn li tinbidel is-sistema fiskali prezenti u tidhol wahda ahjar li tkun tinkludi fiha d-dhul mill-gdid tar-refunds fis-sistema fiskali u thresholds ghas-setturi differenti tan-negozju. Hu qal li it-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma ser jghinu biex l-industrija tizviluppa ruhha u tkabbar l-esportazzjoni. Fuq dan qal li l-Gvern ser jaghmel minn kollox biex jinvesti aktar rizorsi fil-bejgh ta’ servizzi lill-pajjizi barranin, b’mod specjali bl-uzu tat-teknologija ta’ l-informazzjoni u tat-telekomunikazzjoni.
Id-diskors shih ta’ l-Onor. George Hyzler isegwi.
30.10.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN