Left arrow Go Back

Zjara f'Ta' Qali Crafts Village mis-Segretarju Parlamentari ghas-Servizzi Ekonomici is-Sur Edwin Vassallo

PR1934
Date Icon 29/10/1998

Zjara f’Ta’ Qali Crafts Village mis-Segretarju Parlamentari ghas-Servizzi Ekonomici is-Sur Edwin Vassallo

"Il-Gvern impenjat li Ta’ Qali Crafts Village jkun centru kummercjali fejn il-manifattura ta’ l-artigjanat u prodotti artistici tinghata prijorita’"

Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo waqt li kien qed izur diversi Huts f’Ta’ Qali, f’ezercizzju ta’ laqghat, li permezz taghhom is-Segretarju Parlamentari kien qed jitkellem ma’ sidien ta’ Huts li huma involuti f’riorganizzazzjoni ta’ dan ic-Centru.

"Ghalhekk irridu naraw li "Ta’ Qali Crafts Village" ikun zona ta’ kummerc li filwaqt li jispecjalizza fl-artigjanat jkun ukoll ic-Centru li jattira dejjem it-turisti li jzuruh u hekk ikun qed jghin biex mill-qasam tat-Turizmu, l-artigjanat igawdi sehmu", tenna s-Sur Edwin Vassallo

Ghalhekk, f’dak li jrid jitwettaq, ma tista’ ssir l-ebda diskriminazzjoni ma’ min jrid jahdem fl-artigjanat. Lanqas jista’ jintesa d-dritt ta’ dawk li huma fl-industrija tal-manifattura ta’ diversi snajja’ li ilhom f’dan ic-Centru ghal zmien twil.

"Irridu naraw li l-izvilupp li huwa mahsub f’dan il-Villagg ta’ l-artigjanat u ta’ l-arti Maltija jsir bi prezz gust ghal dawk kollha involuti. B’dan il-hsieb se nibdew it-tahditiet taghna li ghandhom iwasslu biex Ta’ Qali Crafts Village jkun verament villagg ta’ l-artigjanat". B’dawn il-kummenti s-Segretarju Parlamentari wiegeb ghall-mistoqsijiet ta’ dawk li tkellmu mieghu dwar il-problemi taghhom f’dan ic-Centru.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo wera l-impenn tieghu li jkompli jahdem fil-Ministeru tas-Servizzi Ekonomici biex jara li x-xoghol li jehtieg isir u jsir bi pjan fejn hadd ma jkun zvantaggjat.

29.10.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow