Left arrow Go Back

Diskuss il-bejgh ta' proprjeta' lill-Barranin

PR1924
Date Icon 28/10/1998

Diskuss il-bejgh ta' proprjeta' lill-Barranin

Il-Gvern lest jaghmel l-almu tieghu biex l-ekonomija tal-pajjiz terga’ tibda tibbenefika sew minn flus li jhallu fil-pajjiz ir-residenti barranin. Dan qalu l-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech f’laqgha li kellu dalghodu ma’ delegazzjoni ta’ l-Assocjazzjoni ta’ l-Agenti tal-Proprjetà, immexxija mill-President is-Sur Maurice Tabone.

Fil-laqgha sar maghruf li l-bejgh ta’ proprjetà lill-barranin naqas drastikament tant li s-sena l-ohra hargu biss 140 permess konnessi mal-bejgh ta’ proprjetà lill-barranin mqabbla ma’ 854 fl-1989, is-sena li fiha nhareg l-akbar numru ta’ permessi. Issemma wkoll li l-kontribut tar-residenti barranin flimkien mal-bejgh ta’ proprjetà lill-barranin is-sena l-ohra kien jammonta ghal mill-anqas Lm23 miljun f’munita barranija.

Waqt il-laqgha kienu diskussi dawk il-kundizzjonijiet li, skond l-agenti tal-proprjetà, qed jaffettwaw b’mod negattiv il-bejgh ta’ proprjetà lill-barranin. Fost l-ohrajn, huma qed jissuggerixxu li ghandha tonqos it-taxxa tal-boll, li bhalissa tammonta ghal 17 fil-mija, u li titnehha r-restrizzjoni li proprjetà mixtrija mill-barranin ma tistax tinkera.

Filwaqt li semma li hu konxju mill-fatt li l-bejgh ta’ proprjetà lill-barranin hu ta’ beneficcju ghall-ekonomija lokali, il-Ministru Zammit Dimech esprima l-fehma li raguni ohra li setghet wasslet biex naqas il-bejgh ta’ proprjetà lill-barranin kienet iz-zieda fil-prezzijiet li bla dubbju wasslet biex il-pajjiz sar anqas kompetittiv f’dan il-qasam. Ghalhekk, kompla l-Ministru ghall-Ambjent, kulhadd ghandu jaghmel il-parti tieghu biex dan is-settur jerga’ jibda jiehu r-ruh.

Waqt il-laqgha kienu diskussi wkoll progetti bhal dak ta’ Manoel Island u Tignè u filwaqt li esprima li l-Gvern prezenti hu kontra li fi progetti bhal dawn proprjetà pubblika tinghata lill-izviluppaturi fuq bazi ta’ cens perpetwu, stqarr li fir-rigward ta’ l-element residenzjali f’dawn il-progetti, min jixtri l-akkomodazzjoni se jkollu d-dritt li jifdi c-cens.

28.10.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow