Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Korporazzjoni Enemalta

PR1901
Date Icon 23/10/1998

Stqarrija mill-Korporazzjoni Enemalta

B’referenza ghall-istqarrijiet u ghall-ittri dwar dewmien fil-bdil tal-bozoz tat-toroq li dehru fil-gazzetti f’dawn l-ahhar jiem, l-Enemalta tixtieq tipsjega li:

L-Enemalta ghandha sezzjoni msejha Street Lighting Section li hija inkarigata biex tibdel bozoz maqtughin. Din is-sezzjoni trid tlahhaq ma’ t-talbiet ta’ Malta kollha u bhalissa ghandha lista sostanzjali ta’ rapporti pendenti dwar bozoz mahruqin. Iz-zieda li giet registrata fin-numru ta’ talbiet ghal dan it-tip ta’ xoghol, kienet ikkawzata, fost l-ohrajn, minhabba l-maltemp li kien hawn kmieni dan ix-xahar. Barra minn hekk matul dan ix-xahar, kien hemm zieda konsiderevoli fin-numru ta’ hsarat irrapurtati.

Matul Awissu u Settembru li ghaddew, din is-sezzjoni bidlet medja ta’ 250 bozza fil-gimgha, izda matul dan ix-xahar, il-medja ta’ bozoz mibdulin telghat ghal ftit aktar minn 300 bozza fil-gimgha u hija mahsuba li tizdied ghal madwar 400 bozza fil-gimgha aktar tard dan ix-xahar.

Il-Korporazzjoni Enemalta diga’ hadet passi biex tlahhaq ma’ din d-domanda straordinarja u qed taghmel dak kollu li tista’ biex jonqos id-dewmien u jinghata servizz ahjar lill-pubbliku. Filwaqt li tiskuza ruha ghal kull inkonvenjent, l-Enemalta tgharraf li huwa mahsub li s-sitwazzjoni tkun normalizzata fil-gimghat li gejjin.

23.10.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow