Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa' mal-Valletta Rehabilitation Committee
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiltaqa' mal-Valletta Rehabilitation Committee
Waqt zjarat li ghamel s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, Edwin Vassallo, lis-sidien tal-hwienet tal-Belt Valletta, issemmew diversi nuqqasijiet infrastrutturali f’dan ic-Centru Kummercjali ewlieni. Bhala s- Segretarju Parlamentari inkarigat minn Negozji z-Zghar u b’impenn shih mal-politika tal-Gvern li jerga’ jqajjem in-negozju minn stagnar li waqa’ fih, huwa wieghed l-appogg kollu tieghu biex dawn in-nuqqasijiet jigu rrangati qabel il- qofol tal-festi tal-Milied.
Ghaldaqstant, l-Onor. Edwin Vassallo, kellu laqgha mal-Valletta Rehabilitation Committee fejn gew identifikati dawn il-problemi, li jinkludu nuqqas ta’ dawl, assenza ta’ bollards, is-sitwazzjoni hazina ta’ Triq Melita, u nuqqas ta’ gradilji, li ghadhom m’humiex lesti, quddiem l-entratura tal-hwienet fi Triq ir-Repubblika li qieghed jikkawza problemi kbar.
Bil-ghajnuna tal-Ministeru ta’ l-Ambjent u ta’ l-istess Valletta Rehabilitation Committee gie mfassal pjan ta’ azzjoni immedjata. Fost affarijiet ohra, ser issir zjara fil-Funderija fejn qeghdin jinhadmu il-gradilji bl-iskop li dawn jitlestew fl-inqas zmien possibbli.
Il-gimgha d-diehla ser issir laqgha mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, il-problemi li jolqtu lill-lokal ikunu diskussi aktar.
22.10.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN