Left arrow Go Back

Il-Ministeru tal-Finanzi jwiegeb lill-Kelliem ewlieni ta' l-Oppozizzjoni

PR1886
Date Icon 21/10/1998

Il-Ministeru tal-Finanzi jwiegeb lill-Kelliem ewlieni ta' l-Oppozizzjoni

Fl-istqarrija tieghu llum, il-kelliem ewlieni ta’ l-oppozizzjoni ghall-Ekonomija u Finanzi, is-Sur Leo Brincat, wera kemm ghadu l-boghod milli jifhem x’inhuma l-htigijiet ta’ l-ekonomija f’pajjizna u x’inhi x-xewqa ta’ l-imprendituri Maltin illum. Kull min hu fin-negozju llum jifhem li bil-ligi tas-CET li dahhal Dr Alfred Sant, waqt skiet perfett ta’ l-ex Ministru s-Sur Leo Brincat, poggihom fil-pozizzjoni li jridu jitkarrbu ghall-ezenzjonijiet li qabel kienu jiehdu awtomatikament bhala refunds tal-VAT.

Jidher car ukoll li fis-sistema zoppa li dahhlu kienu kontinwament jaghmlu eccezzjonijiet u ezenzjonijiet biex isolvu problemi li ta’ kuljum kienet qieghda tohloq is-sistema.

Issa bhal ma weghdna waqt il-Kampanja Elettorali ahna ninsabu miftuhin ghall-idejat kollha li jirrizultaw mill-esperjenzi li kellha l-amministrazzjoni u li kellhom l-operaturi u konsumaturi bis-sistemi li thaddmu f’pajjizna mill-1994 sal-lum.

Ahna rridu illi minn dawn l-esperjenzi nitghallmu. Nixtiequ wkoll li s-Sur Leo Brincat u shabu jkunu pro-attivi, jifhmu l-problemi li gabet is-sistema li dahhlu u jahdmu maghna biex jintlahaq konsensus fuq sistema ta’ taxxa indiretta. Dan ukoll iriduh l-imprendituri u n-nies tan-negozju fil-pajjiz.

Dwar l-efficjenza jew nuqqas ta’ efficjenza tas-CET jitkellmu c-cifri.

Dwar it-turizmu, lis-Sur Leo Brincat nissuggerulu li minflok jipprova jrewwah il-gamar ta’ l-incertezza, jistenna sakemm jigu definiti r-rati li ser ikunu operattivi fis-sistema gdida u jitkellmu fuq il-fatti u mhux fuq l-isthajjil.

21.10.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow