Left arrow Go Back

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jiltaqa' mal-Kumitat Olimpiku Malti

PR1883
Date Icon 21/10/1998

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni jiltaqa' mal-Kumitat Olimpiku Malti


Il-Gvern jemmen li l-isport góandu jitqies bóala valur fih innifsu u mhux sempliðement bóala mod kif issir xi forma ta’ attività popolari. Il-Gvern jemmen ukoll li góandu jkun hemm integrazzjoni sóióa ta’ l-isport fis-sistema edukattiva.

Dan intqal minn Dr Louis Galea, Ministru ta’ l-Edukazzjoni, meta ltaqa’ mad-dirigenti tal-Kumitat Olimpiku Malti fl-ewwel laqgóa li l-Ministru kellu ma’ organizzazzjoni sportiva mill-óatra tiegóu. Góal-laqgóa kien preúenti s-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett.

Il-Ministru qal li l-oqsma kollha li góalihom hu responsabbli l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni huma intimament relatati. Fil-kaú speðifiku ta’ l-isport, il-Ministeru jrid jieóu l-miúuri kollha biex jipprovdi lit-tfal u liú-úgóaúagó il-formazzjoni meótieía biex ikunu jistgóu jagórfu f’óajjithom il-ótieía tal-óbiberija u tal-fair play. "Dan irid isir", qal il-Ministru, "mingóajr ma l-Gvern jitqies bóala l-awtur ta’ l-isport. L-isport isir mill-góaqdiet sportivi u mill-isportivi nfushom u d-dmir tal-Gvern hu li jgóin bil-mezzi kollha li góandu góad-dispoúizzjoni biex il-poplu jibni fih innifsu l-valuri sani tal-óajja".

Il-Ministru qal li l-Kumitat Olimpiku Malti hu interlokutur mill-aktar importanti biex il-Gvern ikun jista’ jaqdi d-doveri tiegóu fil-qasam sportiv. Il-Ministru semma l-ótieía li tinbena struttura li tutilizza r-riúorsi limitati li jeúistu fil-pajjiú u stieden lill-Kumitat Olimpiku Malti biex jaódem id f’id mal-Gvern biex dan isir, filwaqt li júomm l-awtonomija sóióa tiegóu.

"Jekk góandu jsir investiment," qal il-Ministru, "irridu naraw li dan isir bis-sens. Irridu naraw kif se nibnu l-affarijiet u kif se naódmu flimkien, Gvern u Kumitat."

Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett tkellem dwar il-faðilitajiet li jeúistu fl-impjanti sportivi u fl-iskejjel statali u semma l-ótieía li dawn ikunu utilizzati b’mod li t-tfal u ú-úgóaúagó Maltin jieódu minnhom il-vantaííi kollha possibbli. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern kien qiegóed jaóseb biex jibni tliet ðentri sportivi f’zoni varji ta’ Malta u sostna li ð-ðentri kienu se jaqdu l-esiíenzi li sa llum ma kenux moqdija.

Ið-Chairman tal-Kumitat Olimpiku Malti, l-Imóallef Lino Farrugia Sacco, semma l-proíetti li fuqhom il-Kumitat Olimpiku Malti kien lest jaódem b’kooperazzjoni mal-Gvern u góamel hu wkoll riferenza góat-tliet ðentri sportivi li l-Gvern kien impenjat li jibni. Filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tal-Kumitat Olimpiku Malti góall-pjani tal-Gvern, ið-Chairman tal-Kumitat Olimpiku Malti wera x-xewqa li l-Kumitat tiegóu jkun konsultat meta jibda jitfassal il-proíett tat-tliet ðentri sportivi. "B’dan ikun úgurat", qal l-Imóallef Farrugia Sacco, "li l-federazzjonijiet sportivi jgawdu direttament il-frott kollu li jista’ jóalli l-proíett."

Ið-Chairman tal-Kumitat Olimpiku Malti semma wkoll il-ótieía li l-Kumitat Olimpiku jkollu sede adegwata f’xi wieóed mit-tliet ðentri li fiha jkun jista’ jiíbor l-esibiti kollha tal-Muúew Olimpiku u l-librerija li l-Kumitat kellu f’Tal-Qroqq u li kellha tingóalaq.

Fil-laqgóa kienet diskussa wkoll l-góajnuna li l-Gvern ta fl-aóóar snin lill-Kumitat Olimpiku Malti u l-ótiíiet finanzjarji tal-Kumitat góas-sena li íejja. Kienet diskussa wkoll il-possibbiltà li tinfetaó skola li tagóti spazju góall-attività sportiva f’livell sekondarju filwaqt li tóares il-kurrikulu minimu ta’ suííetti akkademiði.

Fi tmiem il-laqgóa kien hemm qbil li ú-úewí naóat jiltaqgóu mill-ídid qabel l-aóóar tas-sena. Sadattant delegazzjoni mill-Kumitat Olimpiku Malti kellha tiltaqa’ mas-Segretarju Parlamentari biex tiddiskuti f’aktar dettall l-esiíenzi finanzjarji góall-1999.

21.10.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow