Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha: se ssir investigazzjoni interna dwar hlas ta' overtime eccessiv
Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha: se ssir investigazzjoni interna dwar hlas ta' overtime eccessiv
B'riferenza ghall-ahbar li xxandret fuq stazzjon tar-radju privat, li kienet tghid li zewg infermiera hadu s-somma ta' aktar minn ghaxart elef lira f'overtime bejniethom matul it-22 xahar ta' bejn Novembru 1996 u Settembru 1998, il-Ministeru tas-Sahha jixtieq jinforma li l-Ministru tas-Sahha, Dr. Louis Deguara, ordna li ssir investigazzjoni interna dwar dan l-overtime eccessiv.
Fil-fatt, il-Ministru Deguara ta ordni biex mill-aktar fis issir investigazzjoni dwar overtime eccessiv u esagerat minn uhud mill-impjegati fid-Dipartiment tas-Sahha u dan meta suppost kien qed isir tnaqqis fis-sieghat ta' overtime li jsiru. L-investigazzjoni trid tistabbilixxi wkoll kif f'certu dipartimenti kien hemm min ha ammont sostanzjali ta' flus f'overtime u haddiema ohra, jew m'ghamlu xejn overtime, jew is-sieghat li hadmu kienu ftit meta komparati ma' ohrajn. Ghalhekk, l-investigazzjoni trid tistabbilixxi wkoll jekk kenitx qed issir diskriminazzjoni bejn il-haddiema li jahdmu l-overtime.
L-investigazzjoni trid tistabbilixxi wkoll kif, f'dipartiment partikolari, matul l-istess perjodu ta' zmien, kien hemm infermiera li wahedha hadet aktar minn ghaxart elef lira overtime, filwaqt li infermiera ohra fl-istess dipartiment, jew ma ghamlu xejn overtime, jew in-numru ta' sighat li ghamlu ma ssarfux f'aktar minn mitt lira overtime.
21.10.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN