Studenti Universitarji Finlandizi jzuru lill-Ministru ghal Ghawdex
PR1861
16/10/1998
Studenti Universitarji Finlandizi jzuru lill-Ministru ghal Ghawdex
Bhala parti miz-zjara taghhom f’Ghawdex, grupp ta’ studenti mill-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni ta’ l-Università ta’ Jacobstad fil-Finlandja ghamlu zjara ta’ kortesija lill-Ministru ta’ Ghawdex Giovanna Debono. Huma qeghdin f’Ghawdex bhala parti mill-Programm Socrates offrut mill-Unjoni Ewropeja lil studenti minn pajjizi membri. Iz-zjara taghhom, li ghandha l-ghan li jippartecipaw fl-esperjenza edukattiva ta’ gzira zghira bhal Ghawdex, saret bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru ghal Ghawdex u ser tkun reciprokata bi zjara ta’ studenti Ghawdxin mill-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni fil-Finlandja.
16.10.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN