Jintlahaq ftehim dwar titjiriet skedati u Charter bejn Malta u Franza
Jintlahaq ftehim dwar titjiriet skedati u Charter bejn Malta u Franza
Delegazzjoni Maltija mmexxija mid-Direttur Generali ta’ l-Avjazzjoni Civili u komposta minn rapprezentanti mill-Ministeru ghat-Trasport u Komunikazzjoni, id-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Civili, il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u l-Air Malta kienet Franza biex tiddiskuti u tikkonsolida Air Service Agreement li kien sar bejn Malta u Franza fl-1974.
F’dawn id-diskussjonijiet intlahaq ftehim li t-titjiriet skedati u dawk Charter, jistghu jsiru minghajr ebda restrizzjoni lejn Franza kollha, minbarra z-zona ta’ Parigi.
Rigward iz-zona ta’ Parigi, intlahaq ftehim li l-Air Malta zzid 2 titjiriet skedati ohra fil-gimgha fl-1999, waqt li zzid 3 titjiriet skedati fis-sena 2000, mas-6 titjiriet skedati fil-gimgha li digà ghandha. Tnehhiet kull restrizzjoni li kien hemm rigward ic-Charter Flights lejn iz-zona ta’ Parigi.
Iz-zewg partijiet ser jiltaqghu ghall-ahhar tas-sena 2000, biex jirrevedu dan il-ftehim dwar it-titjiriet lejn iz-zona ta’ Parigi.
16.10.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN