Left arrow Go Back

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni mistieden ta' l-Aga Khan ghal Ghoti tal-Premju ghall-Arkitettura

PR1828
Date Icon 12/10/1998

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni mistieden ta' l-Aga Khan ghal Ghoti tal-Premju ghall-Arkitettura

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea, irritorna Malta kmieni dalghodu wara li fi tmiem il-gimgha ha sehem fl-attivitajiet ta’ l-Ghoti tal-Premju Aga Khan ghall-Arkitettura (Aga Khan Award for Architecture) li gie organizzat fi Granada, fi Spanja. Tul iz-zjara tieghu fi Granada, il-Ministru Galea kellu l-opportunita’ jiltaqa’ mar-Re Juan Carlos, li presjeda l-okkazjoni. Il-Ministru kellu wkoll diskussjonijiet ma’ l-Aga Khan innifsu u mal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni u Kultura Spanjola, Esperanza Aguirre Gil de Biedma.

L-istedina ghall-partecipazzjoni ta’ Malta saret aktar kmieni din is-sena mill-Aga Khan innifsu, wara li xi snin ilu Malta kienet ospitat it-Tielet Seminar Regjonali ta’ l-Aga Khan Trust for Culture dwar ‘Exploring Architecture in Islamic Cultures - Criticism in Architecture’.

Il-Premju Aga Khan ghall-Arkitettura huwa l-aktar premju prestigjuz fil-qasam ta’ l-arkitettura fid-dinja Islamika, u baqa’ jigi organizzat kull tlett snin sa mill-1977. Din hi l-ewwel darba li l-ghoti ta’ dan il-premju gie organizzat f’pajjiz tal-Punent. Il-Belt ta’ Granada, fi Spanja, giet maghzula minhabba li l-identita’, l-istorja u l-kultura taghha huma frott ta’ civiltajiet differenti, dik Islamika u dik Kristjana. Il-gurija internazzjonali tippremja dawk ix-xoghlijiet li l-ahjar jirriflettu u jinterpretaw l-erbghatax-il seklu ta’ kultura arkitettonika Islamika. Minbarra l-kwalita’ arkitettonika, tinghata wkoll importanza kbira lill-funzjoni socjali u ambjentali tal-progett maghzul. Din is-sena, il-premju li jikkonsisti f’nofs miljun dollaru, inghata lil seba’ progetti:

  1. Rehabilitation of Herbon Old Town
  2. Slum Networking of Indore City, India
  3. Lepers Hospital, Chopda Taluka, India
  4. Salinger Residence, Selangor, Malaysia
  5. Tuwaiq Palace, Riyadh, Saudi Arabia
  6. Alhamra Arts Council, Lahore, Pakistan
  7. Parliament Building, State Government of Madhya Pradesh, India
Minbarra hafna persuni distinti, kienu prezenti wkoll il-Ministri tal-Kultura minn diversi pajjizi.


12.10.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow