Koperazzjoni bejn il-Ministeri fil-qasam tas-sahha mentali: Stqarrija kongiunta bejn il-Ministeru tal-Politika Socjali u l-Ministeru tas-Sahha
PR1822
09/10/1998
Koperazzjoni bejn il-Ministeri fil-qasam tas-sahha mentali: Stqarrija kongiunta bejn il-Ministeru tal-Politika Socjali u l-Ministeru tas-Sahha
Fil-qasam tas-Sahha Mentali il-koperazzjoni bejn il-Ministeru tas-Sahha, li permezz tal-politika tieghu jahseb biex jaghti kura lil dawn il-klijenti u l-Ministeru tal-Politika Socjali, li jghin lil dawn il-klijenti biex jirriabilitaw ruhhom fis-socjeta’ hija necessarja u tifforma parti integrali mill-politika li jrid jimxi biha l-Gvern.
Dan qaluh il-Ministru tal-Politika Socjali, Dr. Lawrence Gonzi u l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, waqt zjara f’Villa Chelsea fl-okkazjoni tal-Jum Dinji tas-Sahha Mentali li ser ikun iccelebrat ghada. Waqt din iz-zjara z-zewg Ministri ltaqghu kemm mar-residenti ta’ Villa Chelsea kif ukoll ma’ l-impjegati.Lawrence Gonzi u Louis Deguara rringrazzjaw lill-haddiema ta’ dan il-progett tax-xoghol taghhom, filwaqt li sostnew li bl-impenn taghhom, ir-residenti ta’ dan il-post jghixu ahjar bil-ghan li jergghu jirriabilitaw ruhhom fis-socjeta.Villa Chelsea, li kienet stabbilita fl-1996, hija progett immexxi mir-Richmond Foundation bil-ghan li tghin biex dawk in-nies u pazjenti li jinsabu fi sptar psikjatriku jkunu reintegrati fil-komunita’. Villa Chelsea tghin biex huma jiehdu responsabbilta taghhom infushom, billi jakkwistaw fiducja fihom infushom kif ukoll ikunu kapaci jsibu impjieg u wkoll forom ta’ divertiment fil-hajja. Barra minn hekk, dan il-progett joffri wkoll assistenza lil dawk li jaghmlu uzu minnu fid-djar taghhom.Dan il-progett hareg mill-politika tal-Gvern ghar-riforma tas-Sahha Mentali u jipprovdi erba’ tipi ta’ servizzi: residenzjali, bil-gurnata, fi gruppi u ghajnuna fid-djar.09.10.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN