Left arrow Go Back

Hsarat f'diversi Traffic Lights

PR1763
Date Icon 25/09/1998

Il-Vici Prim Ministru jkompli bl-impenji tieghu fi New York

Il-programm intensiv tal-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Professur Guido de Marco fi New York, issokta il-bierah wara nofs in-nhar b’sensiela ta’ laqghat ohra.

Id-decizjoni tal-Gvern Malti li jirriattiva l-applikazzjoni ta’ Malta ghal shubija fl-Unjoni Ewropea kompliet tigi diskussa f’laqghat separati mal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Irlanda David Andrews u mal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Olanda Jozias van Aartsen. Filwaqt li esprimew is-sodisfazzjon taghhom ghall-posizzjoni li qed jiehu l-Gvern Malti fir-rigward tar-relazzjonijiet ma’ l-Unjoni, iz-zewg Ministri tennew l-appogg taghhom fil-process li ghandu jwassal ghall-bidu ta’ negozjati fl-iqsar zmien possibli.Diversi aspetti tar-relazzjonijiet bilaterali kif ukoll inizjattivi intizi li jsahhu s-sigurta u l-paci fir-regjun tal-Mediterran kienu fost il-punti diskussi mal-Ministri ta l-Affarijiet Barranin tal-Marokk Abdellatif Filali, tal-Albanija Paskal Milo, tal-Kroatia Mate Granic u tat-Turkija Ismail Cem.Illum is-Sibt il-Vici Prim Ministru Malti ser ikompli bis-sensiela ta’ laqghat ma’ izjed personalitajiet distinti.Fil-ghaxija il-Professur de Marco ser jiltaqa ma’ membri tal-komunita’ Maltija fi New York waqt riceviment li ser jigi ospitat mill-Ambaxxatur Malti ghan-Nazzjonijiet Uniti George Saliba fl-okkazjoni tal-vizita tal-Vici Prim Ministru Malti fi New York.26.09.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow