Il-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja jilhaq ftehim dwar l-Ispizeriji Privati
Il-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja jilhaq ftehim dwar l-Ispizeriji Privati
Illum, fil-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja f’Sta Venera, sar ftehim bejn il-Ministeru, il-Kamra ta’ l-Ispizjara u l-General Retailers and Traders Union (GRTU) dwar is-servizz ta’ spizeriji fil-kommunita’.
Il-Ministru Michael Farrugia spjega li l-ftehim huwa maqsum fi tlett partijiet li jwasslu biex jitjieb is-servizz farmacewtiku f’Malta.
L-ewwel parti titkellem fuq twaqqif ta’ kumitat kongunt bejn it-tlett partijiet halli jfassal pjan nazzjonali fuq diversi kriterji li fuq il-bazi tieghu jinhargu licenzji godda ghal ftuh ta’ spizeriji fil-kommunita’.
It-tieni parti titkellem fuq il-principju li jistabillixxi l-kundizzjonijiet necessarji biex l-ispizerji fil-kommunita’ jghollu l-livell ta’ servizzi farmacewtici offruti fil-kommunita’.
It-tielet parti turi qbil bejn it-tlett partijiet li l-ispizeriji fil-kommunita’ jobbligaw irwiehhom li jservu l-kommunita’ l-medicini disponibbli taht l-iskema tas-sigurta socjali skond kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim li se jigi diskuss.
Il-Ministru Michael Farrugia kkonkluda billi fakkar li ftehim ahhari fuq il-punti kollha huwa mistenni li jitlestew sat-30 ta’ Ottubru 1998, skond kif miftiehem bejn it-tlett partijiet.
02.09.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN