L-Onor Michael Farrugia jinawgura xoghol ta' refurbishing fl-Isptar Monte Carmeli
L-Onor Michael Farrugia jinawgura xoghol ta' refurbishing fl-Isptar Monte Carmeli
Billi diversi swali fl-iSptar Monte Carmeli thallew jiddetterjoraw ghal ghexieren ta’ snin, qed jinhass aktar il-bzonn illi barra refurbishing ta’ numru ta’ swali, fl-istess hin isir xoghol estensiv ta’ upgradingtas-swali ta’ dan l-isptar halli jghola l-moral tal-pazjenti u ta’ l-impjegati li jahdmu fl-istess sptar.
Dan qalu l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, waqt inawgurazzjoni ta’refurbishing ta’ l-Female Ward 7 u l-gnien biswit fl-iSptar Monte Carmeli.
Il-Ministru Michael Farrugia sostna li bdiet hidma ntensiva biex naslu ghal sistema ta’ tmexxija awtonoma tal-iSptar Monte Carmeli. Tlesta awditjar tal-isptar kollu kif ukoll gie suggerit kif ghandu jsir tqassim ahjar tal-pazjenti u ta’ l-istaff. Barra minn hekk, ser tinghalaq il-Ward 10 li hija s-sala assocjata ma’ kastig kemm mal-pazjenti kif ukoll ma’ l-impjegati.
Suggerimenti fir-Rapport ta’ l-Ombudsman fuq l-iSptar Monte Carmeli huma mibnija fuq l-istess hidma li kienet diga saret mill-Ministeru ghas-Sahha. Bhalissa qed tinhadem is-sistema ta’ mplimentazzjoni ta’ dawn il-bidliet.
Sadanittant qed isir xoghol siewi fuq ligi moderna fis-settur tas-sahha mentali. Mill-ewwel li giet iffurmata l-kummissjoni ghas-sahha mentali, l-Ministru Michael Farrugia kien ghamel enfazi dwar il-bzonn ta’ din il-ligi moderna. Huwa mistenni li fix-xhur li gejjin tohrog ‘White Paper’ dwar il-bidliet tant mixtieqa.
Il-Ministru Michael Farrugia kkonkluda billi semma’ s-success ta’ esperimenti li saru halli tonqos l-istigma li tezisti dwar pazjenti b’mard mentali. Tul dawn l-ahhar xhur, pazjenti ttiehdu f’lukandi lokali ghal xi jiem u uzaw il-facilitajjiet kollha tal-lukanda u ghamlu uzu mis-servizz tat-trasport pubbliku. Xahar ilu, numru ta’ pazjenti zghazagh mill-iSptar Monte Carmeli ttiehdu erba’ tijiem Lourdes. Tant kienu success dawn il-mawriet li mistenni jkun hemm aktar minnhom fil-futur.
02.09.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN