Left arrow Go Back

L-Applikanti ghall-Akkomodazzjoni Socjali jinzlu ghal 2,678

PR1659
Date Icon 02/09/1998

L-Applikanti ghall-Akkomodazzjoni Socjali jinzlu ghal 2,678

Kif kien bassar ftit ilu l-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, s-Sur Alfred Portelli, l-figura ta’ applikanti quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali illum nizlet ghal 2,678. Din il-figura hija kwazi 1,889 applikant anqas mill-figura ta’ Ottubru 1996. Dak inhar, taht il-Gvern Nazzjonalista, il-figura nfatti kienet ta’ 4,566.

Dan it-tnaqqis huwa dovut ghall-isforzi kbar li saru mill-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali taht il-Ministru Alfred Portelli li f’dawn it-22 xahar hadem bla heda biex jakkomoda kemm jista’ jkun nies li jkunu l-aktar fil-bzonn specjalment persuni b’dizabilita’. Swew ukoll ir-riformi kbar li l-Awtorita’ tad-Djar wettqet taht il-Ministru Portelli fil-kategoriji tan-nies li japplikaw ghall-postijiet godda.

Fattur iehor kien it-titjib kbir li sar fl-iskemi tal-istess Awtorita’ lil dawk li jkunu jridu jsewwu d-djar taghhom jew ta’ dawk li jkunu jridu jixtru l-post fejn joqghodu u anke dawk li jkunu jridu sussidju fuq il-kera. Dan barra l-iskemi godda li dahhal il-Gvern Laburista f’dawn l-ahhar xhur

Mill-figuri mxandra llum mid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali, jidher li minn 2678 applikant hemm 674 applikant li qeghdin jghixu ma’ haddiehor u 476 li qeghdin jghixu fi djar sub-standard. Hemm imbaghad 486 li jridu post alternattiv minhabba ragunjiet ta’ sahha.

02.09.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow