Inawgurazzjoni Tal-Gnien Barnuza Hamra Fil-Bahrija
Inawgurazzjoni Tal-Gnien Barnuza Hamra Fil-Bahrija
Ghat-tfal residenti fil-Bahrija u ghall-genituri taghhom llum kienet gurnata differenti mill-ohrajn.
Wiehed seta’ jinnota dan fuq wicc it-tfal u l-genituri taghhom waqt l-inawgurazzjoni tal-Gnien Barnuza Hamra fil-Bahrija.
F’kelmtejn li ghamel il-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia qal li dawn ix-xoghlijiet saru mill-haddiema tas-Sezzjoni tal-Urban & Rural Landscaping tad-Dipartiment tal-Agrikoltura filwaqt li thallsu mill-Kunsill Lokali tar-Rabat.
F’dan il-gnien saret dar karatteristika ta’ Little Red Riding Hood jew kif nafuha bil-Malti Il-Barnuza Hamra.
L-ghan tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd kien li johloq ambjent modern fil-gonna tal-kampanja sabiex iferrah u jattira aktar lit-tfal biex jattendu f’dawn il-gonna matul il-hargiet taghhom fil-kampanja fi tmiem il-gimgha.
Fid-diskors tieghu il-Ministru Noel Farrugia kompla jghid li flimkien mal-Kunsill Lokali tar-Rabat, is-sezzjoni tal-Urban & Rural Landscaping ghandha progettati numru ta’ gonna li ser isiru fil-konfini tal-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Fost dawn hemm dak f’Tas-Salib li ser ikollu l-karatteristika ta’ Snow White u s-sebgha nani.
B’dan l-impenn il-komunitajiet zghar fil-lokalitajiet tal-kampanja, qed ikollhom ambjent ahjar filwaqt li qed tizdied l-attrazzjoni ghall-familji u t-turisti li jzuru dawn l-inhawi tal-kampanja sabiex jitpaxxew bi sbuhija naturali tal-karatteristici Maltin.
Il-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia temm jghid li dawn ix-xoghlijiet huma parti mill-infrastruttura li d-Dipartiment tal-Agrikoltura qed jibni sabiex fil-gejjieni qarib jizviluppa l-Agri-turizmu fil-gzejjer taghna.
02.09.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN