Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jitkellem dwar il-progress li sar f'Ghawdex f'dawn l-ahhar ghoxrin xahar

PR1656
Date Icon 02/09/1998

Il-Prim Ministru jitkellem dwar il-progress li sar f'Ghawdex f'dawn l-ahhar ghoxrin xahar

F’konferenza ta’ l-ahbarijiet fir-Rabat Ghawdex, il-Prim Ministru Alfred Sant dalghodu tkellem dwar ix-xoghol u l-progress li sar f’Ghawdex f’dawn l-ahhar sena u nofs. Huwa spjega wkoll il-proposti li ghandu Gvern Laburista Gdid ghal Ghawdex, proposti li jkunu marbuta mal-Pjan ta’ Zvilupp ghal Ghawdex sas-sena elfejn.

Il-Prim Ministru qal li bejn l-1995 u l-1996, it-turizmu, il-biedja u n-negozju in generali kienu bdew jaqbdu n-nizla. Matul dawn l-ahhar sena u nofs Gvern Laburista Gdid hadem bis-shih biex l-affarijiet jibdew jitjiebu.

TURIZMU

Imxew b’success progetti konnessi mal-qasam turistiku u sar titjib fix-Xlendi, Marsalforn, fic-Cittadella kif ukoll fil-Crafts Village f’Ta’ Dbiegi.

Kien hemm titjib sostanzjali f’dak li ghandu x’jaqsam mat-turizmu f’Ghawdex. Kien hemm zieda ta’ 7.3% fuq il-passigieri li qasmu bil-vapuri tal-Gozo Channel fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena meta imqabbla ma’ l-istess perjodu s-sena li ghaddiet. Kien hemm zieda ta’ kwazi 10% fuq il-coaches tat-turisti li qasmu bejn Malta u Ghawdex fit-tliet xhur tas-sajf ta’ din is-sena meta imqabbla ma’ l-istess perjodu s-sena li ghaddiet. Fuq l-istess perjodu, kien hemm zieda ta’ 17% fuq il-coaches ghall-Maltin li qasmu bejn iz-zewg gzejjer

BIEDJA

Fl-industrija tal-biedja sar xoghol sostanzjali u l-appogg li ta l-Gvern ta rizultati tajbin. Kien registrat titjib sostanzjali fil-bejgh li qed jaghmlu l-bdiewa Ghawdxin mill-pitkali. Fl-1995 il-bejgh mill-bdiewa kien ta’ Lm 916,451 waqt li matul is-sena li ghaddiet l-ammont ta’ bejgh lahaq is-somma ta’ LM 1,146,991. Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, gie registrat bejgh rekord ta’ Lm 570,682. Dan huwa d-doppju tal-bejgh ta’ sentejn ilu. Thabbar ukoll li l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar waslet biex tiffinalizza l-Pjan Lokali ghal Ghawdex u Kemmuna, li permezz tieghu numru ta’ rziezet ser jigu ri-allokati ghal postijiet ahjar.

FINANZI u NEGOZJU

It-titjib li kien hemm fit-turizmu u fil-biedja f’dawn l-ahhar sena u nofs affetwa tajjeb ukoll il-qaghda finanzjarja tal-familji Ghawdxin kif tixhed it-Tabella li tidher hawn taht:

Depoziti:

Sat-30 ta’ Settembru 1996

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow