Il-Kummerc Elettroniku joffri sfidi godda ghall-Kumpaniji Maltin
Il-Kummerc Elettroniku joffri sfidi godda ghall-Kumpaniji Maltin
"It-tibdil li gab il-kummerc elettroniku fuq livell globali tant huwa radikali li swieq godda qed jigu kreati u swieq tradizzjonali qeghdin jinbidlu. L-imprendituri Maltin iridu jzommu dan f’mohhom meta jfasslu l-istrategiji taghhom. Min jinjora din ir-realtà jkun qed jillimita l-potenzjal ta’ espansjoni ta’ l-intrapriza." Dan qalu l-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija, Dr. John Attard Montalto, waqt zjara li ghamel fil-fabbrika ta’ Electronic Systems International Ltd. (ESI) li tinsab fiz-zona industrijali ta’ San Gwann.
Il-kummerc elettroniku huwa l-ghodda li tghin kumpaniji jirreagixxu aktar bil-ghaggla ghal-bzonnijiet tal-klienti. Fuq livell internazzjonali l-kummerc elettroniku jippermetti lix-xerrejja li jaghzlu l-ahjar prodott u l-ahjar bejjiegha, huma fejn huma.
Il-kumpaniji Maltin ghandhom jezaminaw fil-fond l-istrategiji ta’ marketing taghhom u jaraw kif jistghu jibbenefikaw aktar minn din it-teknologija rivoluzzjonarja. Kumpanija tista’ taghmel kummerc elettroniku bhala zieda fuq is-set-up ezistenti taghha. "Madankollu", kompla l-Ministru Attard Montalto, "huma dawk il-kumpaniji li lesti jimmodifikaw is-set-up taghhom biex jisfruttaw it-teknologija li jkollhom l-akbar potenzjal ta’ success."
ESI hija kumpanija sussidjarja tal-grupp AM Mangion u tispecjalizza fil-manifattura ta’ kompjuters u servizzi ta’ telekomunikazzjoni. Electronic Systems International Ltd. mhux biss tassembla l-computer hardware izda qed taghti kontribut validu f’dawk li huma complete package solutions fl-oqsma tal-informatika u t-telekomunikazzjoni. ESI tibni kompjuters bil-marka taghha "Matrix" u tipprovdi servizz ta’ access ghall-internet taht l-isem "KeyWorld". F’perjodu ta’ inqas minn ghaxar snin, il-kumpanjia saret wahda mill-esportaturi principali ta’ dawn il-prodotti u servizzi.
01.09.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN