PUNTI MID-DISKORS TAL-MINISTRU JOHN ATTARD MONTALTO WAQT ZJARA FIL-FABBRIKA TA’ RUPES (MALTA) LTD.
Rupes (M) Ltd. hi ezempju iehor tat-tip ta’ industriji li Malta qed tattira fil-prezent mill-Punent tan-naha ta’ fuq ta’ l-Italja. Illum il-gurnata l-prezenza ta’ investiment dirett Taljan f’Malta hi fost l-aktar sinjifikanti.
Dan ir-ritmu kompla b’pass kostanti wkoll f’dawn l-ahhar sena u nofs. F’dan il-perjodu gew approvati dsatax-il progett originali Taljan u hames espansjonijiet, jigifieri b’kollox erbgha u ghoxrin progett b’investiment Taljan. Dan ifisser ukoll li l-Italja saret wiehed mill-business/technology partners ewlenin ta’ Malta.
Semmejt l-ahhar tmintax-il xahar ghaliex f’dan il-perjodu il-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp tat spinta qawwija biex tirrijorganizza l-operazzjonijiet taghha ta’ marketing, bil-ghan li tikkonsolida l-prezenza taghha fis-suq Taljan. L-istrategija ta’ promozzjoni industrijali fl-Italja giet imsahha biex tkopri investituri potenzjali f’regjuni bhat-Toscana, Umbria, Marche u Lazio. Fl-istess hin l-ufficcju tal-Korporazzjoni f’Milan gie rijorganizzat biex jopera b’mod aktar effettiv f’regjuni tradizzjonali fejn il-Korporazzjoni minn dejjem ikkoncentrat il-hidma taghha, bhal l-Lombardia, Piemonte, Liguria, Emilia-Romagna, Veneto u Friuli-Venezia Giulia.
Il-grupp Rupes beda jopera fl-Italja fis-sena 1947 biex jimmanifattura muturi elettrici zghar. Maz-zmien iddiversifika l-attivitajiet tieghu ghall-produzzjoni ta’ partijiet ta’ muturi u, sahansitra, fl-1959 beda jbiegh lill-Mercedes Benz. Illum il-Grupp ghandu turnover li jaqbez is-LM7 miljuni. Rupes huma fost l-aqwa produtturi fid-dinja ta’ ghodod professjonali ta’ l-elettriku.
Rupes bdiet topera f’Malta tlett snin ilu u hawnhekk tipproduci varjeta’ ta’ vacuum extraction systems ghall-esportazzjoni. Il-kumpanija topera mill-qasam tat-Technopark. Il-kumpanija mistennija tilhaq total ta’ sittax impjegat meta tilhaq il-produzzjoni massima.
Il-flessibilità u l-fiducja fil-hila tal-haddiem Maltin maghduda mal-fatt li minn Malta tista topera b’mod kompetittiv kienu l-fatturi ewlenin li ghenu fid-decizjoni li Rupes tespandi l-attivitajiet taghha lejn Malta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN