KORS FIL-BINI TAL-HITAN TAS-SEJJIEGH
Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent se jaghti bidu ghall-kors tal-Bini tal-Hitan tas-Sejjiegh biex din is-sengha tradizzjonali, l-ewwel nett, ma tintiliefx u t-tieni, isir grad apposta ghan-nies b’din is-sengha. Il-Kors se jkun immexxi minn ufficjali tal-ETC f’Hal-Far.
Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent ghamel sejha ta’ l-applikazzjoni f’kull Dipartiment tal-Gvern ghal dawk kollha taht l-iskala 17. Ghal dan il-kors kien hemm 128 applikazzjoni.
Il-kors ser ikun fuq medda ta’ gimghatejn ‘full time’ u ser ikun kemm prattika kif ukoll teorija fuq zewg livelli, l-ewwel wiehed ghal dawk li ghandhom esperjenza f’dan ix-xoghol u t-tieni livell ghal dawk li m’ghandhomx. Il-Kors ser jinkorpora fih ukoll taghrif dwar l-Etika tax-Xoghol, Regolamenti dwar Sahha u Sigurta’ u komunikazzjoni tajba fuq il-post tax-xoghol.
Fl-ahhar tal-kors ser jinghata certifikat li dawk kollha li jkunu lahqu l-livelli mehtiega. L-ghan ta’ dan il-kors ser ikun biex jimtlew mhux inqas minn 40 post tax-xoghol ghal din id-dena u dawn ikomplu jizdiedu s-sena d-diehla.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN