HINIJIET TAL-FTUH TAL-PETROL STATIONS FIL-HDUD U L-FESTI
PR1594
26/08/1998
Il-Korporazzjoni Enemalta tixtieq tavza li permezz ta’ arrangamenti li saru mal-G.R.T.U. dwar il-hinijiet tal-ftuh tal-petrol stations, minbarra li dawn ikunu miftuhin mit-Tnejn sas-Sibt, mis-6.00a.m. sal-10.00p.m. kuljum, b’effett immedjat se jifthu wkoll fil-Hdud u l-festi fl-istess hinijiet.
Il-Korporazzjoni Enemalta tixtieq tfakkar li jekk ghal xi raguni jew ohra l-pubbliku ma jinqediex bil-pompi awtomatici, l-Enemalta tirrakkomanda li tinzamm l-ircevuta tal-magna, sabiex din tkun tista’ tigi pprezentata l-ghada ghand tal-petrol station biex jinghataw il-flus lura.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN