ELEZZJONIJIET GENERALI 1998
Dokumenti ghall-Votazzjoni Specjali
Il-Kummissjoni Elettorali tavza lil dawk il-persuni li ntilfilhom jew tqattalhom id-dokument ghall-votazzjoni wara li rcevewh, u lil dawk li ghalkemm isimhom jidher fir-Registru Elettorali ta’ April 1998 rivedut bid-decizjonijiet ta’ l-ufficjal revizur, ma rcevewx id-dokument ghall-votazzjoni minhabba xi raguni specjali, li huma jistghu, sa mhux aktar tard mid-9.00 p.m. ta’ l-Erbgha t-2 ta’ Settembru 1998, jidhru quddiem il-Kummissjonarju Elettorali biex, wara li jipprezentaw il-karta ta’ l-identita’ taghhom u jaghmlu stqarrija guramentata, japplikaw ghal dokument ghall-votazzjoni specjali. Il-granet u l-hinijiet ikunu hekk:
mill-Erbgha, is-26, sas-Sibt id-29 ta’ Awissu, u
mit-Tnejn il-31 ta’ Awissu, sat-Tlieta, l-1 ta’ Settembru, 1998:
mit-8.30 a.m. sas-1.00 p.m., u;
mis-2.00 p.m. sat-8.00 p.m.
Il-Hadd it-30 ta’ Awissu, mit-8.30 a.m. sas-1.00 p.m., u;
l-Erbgha, it-2 ta’ Settembru (l-ahhar jum)
mit-8.30 a.m. sas-1.00 p.m. u
mis-2.00 p.m. sad-9.00 p.m.
L-istess arrangamenti jinghataw lill-votanti rregistrati fit-Tlettax-il distrett elettorali (Ghawdex u Kemmuna) li ghandhom japplikaw ghand il-Kummissjonarju Elettorali, fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’, Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Ghawdex.
Minghajr id-dokument ghall-votazzjoni, hadd ma jkun jista’ jivvota.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN