Left arrow Go Back

FESTA SAHHA FL-OKKAZJONI TAL-50 SENA MIT-TWAQQIF TAL-GHAQDA DINJIJA TAS-SAHHA

PR1584
Date Icon 25/08/1998

Ghall-ewwel darba f’Malta, se jinfetah centru regjonali tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha (WHO).  Dan habbru l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja t-Tabib Michael Farrugia waqt attivita’ mtella’ mid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha.  Ic-centru regjonali se jkun jilhaq il-pajjizi tan-naha t’isfel ta’ l-Ewropa u ‘l quddiem se jilhaq ukoll pajjizi tan-naha ta’ fuq ta’ l-Afrika.


Festa Sahha kienet festa b’differenza, fejn il-familja kollha setghet tiehu pjacir u tiekol ikel tajjeb u bnin ghas-sahha,  kuntrarjament f’dak li jigri f’festi normali, fejn wiehed isib kull kwalita’ ta’ ikel u helu li jaghmel hsara lill-gisem, kemm minhabba zokkor kif ukoll livell gholi ta’ xaham.


Il-Ministru Farrugia qal li din l-attivita’ ttellghet sabiex jigi ccelebrat il-50 sena mit-twaqqif tal-WHO - 50 sena ta’ hidma kontinwa favur il-fqir u l-batut madwar id-dinja kollha.  Saret hidma kontinwa sabiex isir tilqim kontra l-mard u sabiex jinqered minn wicc id-dinja certu tip ta’ mard qalil bhal gidri u l-polio.


Il-policy li jimxi biha d-Dipartiment tas-Sahha f’Malta hija fuq prevenzjoni tal-mard specjalment dwar mard li ma jittehidx.  Id-Dipartiment tal-Promozjoni tas-Sahha dejjem jishaq dwar prevenzjoni u edukazzjoni tac-cittadini Maltin u Ghawdxin sabiex ikollna poplu b’sahhtu u jzomm il-boghod mill-mard.  


Waqt Festa Sahha kien hemm prezenti wkoll il-Mobile Blood Donation Unit fejn xi persuni li kienu prezenti taw id-demm.


Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li bl-ghajnuna tal-WHO id-Dipartiment tas-Sahha rnexxielu jiehu sehem f’diversi progetti fosthom:


Healthy Cities: Dan il-progett qed jigi mniedi gewwa l-Kottonera u dalwaqt jigi introdott gewwa l-gzira t’Ghawdex.


Healthy Prisons:   Fil-habs minhabba cirkostanzi, numru ta’ persuni jghixu f’ambjent zghir u jista’ jkun hemm tip ta’ mard li b’certa edukazzjoni u attenzjoni jista’ jigi evitat.


Ambjent: Rapport li sar mid-Dipartiment tal-Policy and Planning fi hdan id-Dipartiment tas-Sahha ftit gimghat ilu ntghazel bhala l-ahjar rapport imressaq lid-WHO mill-pajjizi tal-Mediterran.


. . . / . .


L-Ghaqda Dinjija tas-Sahha tishaq sabiex jinqered il-faqar u tinvolvi ruha b’mod attiv specjalment fil-pajjizi ta’ l-Ewropa tal-Lvant u l-Afrika.


F’Malta giet organizzata Konferenza Nazzjonali fit-12 ta’ Awissu sabiex jigi ccelebrat ukoll il-50 sena mit-twaqqif tal-WHO.  F’din il-konferenza attendew bosta rapprezentanti mid-Dipartiment tas-Sahha f’Malta, rapprezentanti tal-haddiema kif ukoll korpi kostitwiti.  Ghal din il-konferenza attenda wiehed mid-diretturi tal-WHO.


Il-Ministru Farrugia tkellem fit-tul dwar aktar hidmiet mill-Ghadqa Dinjija tas-Sahha u fahhar l-operat taghha kif ukoll sellem lil Dr Gro Bruntland li m’ilux wisq inhatret bhala Direttur Generali tad-WHO.


Prezenti ghall-Festa Sahha kien hemm il-Ministru ghas-Sahha u Servizzi Socjali Islandiza l-Onor Injibjorg Palmadottir, flimkien ma’ delegazzjoni gholja mill-Islanda li gew Malta sabiex jigi ffirmat il-ftehim bilaterali bejn Malta u l-Islanda.


Fl-ahhar it-Tabib Michael Farrugia rringrazzja lill-impjegati tal-ministeru tieghu u tad-Dipartiment tas-Sahha tas-sehem taghhom fl-organizzazzjoni ta’ Festa Sahha.  Huwa rringrazzja wkoll lill-pubbliku numeruz li attenda ghal din il-Festa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow