L-AMBAXXATUR TA’ MALTA GHALL-POLONJA JIPPREZENTA L-KREDENZJALI
L-Ambaxxatur Carmel J. Aquilina, fl-20 ta' Awissu, 1998 pprezenta l-kredenzjali tieghu lill-President Aleksander Kwasniewski bhala Ambaxxatur ta' Malta ghall-Polonja, L-Ambaxxatur Aquilina li hu residenti f'Bonn, il-Germanja, kien akkompanjat mis-Sur Ray Scalpello, Tieni Segretarju fl-Ambaxxata Maltija f'Bonn, u mill-Konslu Onorarju ta' Malta fil-Polonja, Ms Krystyna Maria Mikulanka.
Fil-laqgha li l-Ambaxxatur Aquilina kellu mal-President Kwasniewski wara c-cerimonja tal-kredenzjali, gew diskussi r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Polonja u l-linji tal-politika barranija taz-zewg pajjizi, specjalment f'dak li jirrigwarda l-Ewropa. Il-President Kwasniewski talab ukoll l-Ambaxxatur Aquilina biex iwassal it-tislijiet u l-awguri lill-President u l-poplu ta' Malta. Ghal din il-laqgha l-President Pollakk kien assistit mis-Sotto Segretarju ta' l-Istat fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, Mr Grudzinski u minn ufficjali gholja tal-Presidenza.
Waqt iz-zjara tieghu f'Varsavja, l-Ambaxxatur Aquilina kellu wkoll diversi laqghat ufficjali, fosthom mall-Vici Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Radoslaw T. Sikorski, mal-Vici President tas-Senat, man-Nunzju Apostoliku bhala Dekan tal-Kap Diplomatiku u ma' ufficjali gholja tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. F'dawn il-laqghat gew diskussi r-relazzjonijiet bilaterali fl-aspetti politici, ekonomici u kulturali u kif dawn jistghu jigu zviluppati.
Il-bierah wara nofs-in-nhar, l-Ambaxxatur Aquilina pogga kuruna ta' fjuri fuq il-qabar tal-"Unknown Soldier", fic-centru ta' Varsavja, f'cerimonja li fiha ndaqq ukoll l-Innu Malti minn Banda Militari Pollakka. Aktar kmieni matul il-jum l-Ambaxxatur Aquilina attenda ghall-funeral u ltaqa' mal-familjari ta' Sister Elise Xerri li mietet f'incident tat-traffiku f'Varsavja, il-gimgha li ghaddiet.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN