Left arrow Go Back

GVERN LABURISTA GDID JASSIGURA LI L-BIEDJA TKUN ESKLUZA MINN ZONA TA’ KUMMERC INDUSTRIJALI HIELES MA’ L-UNJONI EWROPEA - IL-PRIM MINISTRU

PR1561
Date Icon 21/08/1998

Gvern Laburista gdid jassigura li l-biedja Maltija u Ghawdxija  tkun eskluza miz-zona proposta ta’ kummerc industrijali hieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea biex Malta jibqa’ jkollha l-biedja taghha bhala patrimonju nazzjonali u li jigu mharsa l-bdiewa f’Malta u f’Ghawdex.  Ghall-kuntrarju shubija shiha fl-Unjoni Ewropea tkisser il-kompetittivita` tal-biedja f’Malta u f’Ghawdex. L-impatt ta’ shubija shiha fl-Unjoni Ewropea fuq il-biedja huwa negattiv, tant li l-bdiewa Maltin u Ghawdxin kienu u ghadhom qeghdin jitolbu protezzjoni ghall-prodotti tal-biedja taghhom. Dan qalu l-Prim Ministru Alfred Sant meta illum zar familja ta’ bdiewa  u rahhala  f’Santa Lucia, Ghawdex. Ic-cokon u l-istruttura tal-biedja fil-gzejjer taghna ma jifilhux ghar-regoli ta’ suq wiehed hieles ta’ l-Unjoni Ewropea. Gvern Laburista gdid jibqa’ jghin lill-biedja f’Malta u f’Ghawdex u jibqa’ jipprotegiha mill-kompetizzjoni miftuha tas-swieq barranin.


Il-Prim Ministru qal li min ighid li shubija shiha fl-Unjoni Ewropea taqbel ghall-biedja Maltija u Ghawdxija jew irid iqarraq bil-bdiewa, jew ma jifhimx kif tahdem l-Unjoni Ewropea. Hafna mis-sussidji li l-Unjoni Ewropea taghti lill-bdiewa fil-pajjizi imsiehba fiha huma fuq prodotti li ma jitkabbrux f’Malta bhal per ezempju zokkor (sugar beet), tabakk, cereali, zejt taz-zebbug, zejt taz-zerriegha vegetali u frott tac-citru. Zgur li l-produtturi Maltin ma jistghux jibbenefikaw minn dawn is-sussidji.


Il-Prim Ministru qal li jissemmew hafna mill-Oppozizzjoni dak li huma jsejhu prezzijiet garantiti ghall-prodotti tal-biedja fl-Unjoni Ewropea. Li ma jinghadx hu li dawn il-prezzijiet garantiti huma ferm aktar baxxi u ferm anqas minn dawk li jaspiraw ghalihom il-produtturi Maltin u Ghawdxin. Minhabba l-izvantaggi tac-cokon tal-biedja taghna, il-produzzjoni fil-gzejjer Maltin hija baxxa u tqum aktar meta mqabbla ma’ dik ta’ produtturi Ewropej. Shubija shiha fl-Unjoni Ewropea tifqa’ l-industrija tal-biedja. Dan jghodd ghat-tadam u l-halib ghall-ipprocessar, il-produzzjoni tal-haxix u tal-frott  u ghal-laham tal-majjal.


.. /2


Il-Prim Ministru qal li fl-ahhar xhur il-biedja u s-sajd urew sinjali pozittivi. Fl-1997 il-kontribuzzjoni tal-biedja u s-sajd fil-Prodott Gross Domestiku  (GDP) kien ta’ Lm32,982,000, zieda ta’ Lm2,500,000 miljun fuq l-1996. Fl-ahhar xhur zdied l-investiment fis-settur tal-biedja u sajd specjalment fl-oqsma tat-trobbija u ipprocessar tat-tjur, tal-fniek u tal-majjal fl-ipprocessar ta’ halib, u fil-produzzjoni u esportazzjoni tal-hut.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow