ELEZZJONIJIET {ENERALI 1998
ERTIFIKATI SABIEX WIEHED IKUN JISTA’ JAQBEZ IL-QUEUE
Il-Kummissjoni Elettorali tgharraf illi fil-gurnata tal-votazzjoni persuni li ghalqu s-sebghin sena u dawk li jingiebu fuq stretchers jew mill-isptarijiet u istituzzjonijiet tan-nies xjuh, ghandhom jithallew jaqbzu l-queue f’kull hin tal-votazzjoni minghajr il-bzonn ta’ certifikat tat-tabib.
2. Persuni li jippresentaw il-KartAnzjan u li ma ghalqux is-70 sena, jithallew jaqbzu l-queue bejn is-1.00 p.m. u l-5.00 p.m.
3. Dawk il-persuni l-ohra li jkunu morda u ma jistghux jistennew fil-queue irid ikollhom certifikat tat-tabib biex jithallew jaqbzu l-queue u dan wara s-1.00 p.m. ta’ l-istess gurnata. Dawk il-persuni li jipprezentaw il-karta ta’ l-identita’ specjali mahruga mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’ jinghataw l-istess facilita’ minghajr bzonn ta’ certifikat mediku.
4. Il-Kummissjoni Elettorali tircievi applikazzjonijiet minghand dawk it-tobba li m’humiex kandidati ghall-elezzjoni generali ghall-ghoti ta’ formoli li jservu bhala certifikat mediku ghal persuni morda biex jithallew jaqbzu l-queue waqt il-votazzjoni fil-hin imsemmi aktar qabel.
Il-Kummissjoni ddecidiet li kull tabib jinghata awtomatikament mitt formola numerata li fuqha jinkiteb ic-certifikat u dan in-numru jista’ jizdied skond il-bzonn.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN