Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN U TA’ L-AMBJENT

PR1542
Date Icon 19/08/1998

Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent jirreferi ghall-kummenti li ghamel is-Sur John Grech ta’ l-ghaqda ambjentali Birdlife f’Konferenza Stampa tal-gruppi ambjentali.  Is-Sur Grech kien irrapurtat li qal li l-bierah filghodu kienu nfurmati li l-Ministru George Vella ried jiltaqa’ maghhom wara nofsinhar u li ma setghux jiltaqghu mieghu ghax kellhom news conference.


Kuntrarju ghal dak li qal is-Sur Grech, kienu l-Birdlife li talbu li jiltaqghu mal-Ministru Vella u mhux il-Ministru li talab li jiltaqa’ maghhom. Fil-fatt, f’fax li s-Sur Grech baghat lill-Ministru l-bierah stess, qal li kien ghamel zewg talbiet lis-Segretarju Generali tal-Malta Labour Party ghal laqgha mal-Ministru.


F’dawn iz-zewg talbiet, Birdlife tat numru tat-telefon fejn huma setghu jkunu kkuntattjati, izda fil-fax tal-bierah is-Sur Grech ta numri ohra fejn seta’ jkun ikkuntattjat ghax l-ufficcju li tieghu tana n-numru qal li huwa maghluq ghall-vaganzi tas-sajf.


Meta l-bierah sar kuntatt mal-Birdlife fuq in-numri l-godda, il-Ministeru kien mgharraf li l-ghaqda ma setghetx tattendi ghal-laqgha.


Ta’ min jghid li din mhix l-ewwel darba li l-Ministeru kellu jirrispondi ghal dikjarazzjonijiet inezatti tas-Sur Grech.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow