Left arrow Go Back

PREZENTAZZJONI TA’ CERTIFIKATI GHALL-BICCERIJI TAT-TJUR LI GEW LICENZATI

PR1540
Date Icon 19/08/1998

Bis-sistema tal-VAT, il-bdiewa, rahhala u sajjieda kien ikollhom refunds pendenti ta’ aktar minn miljun Lira fis-sena.  Filwaqt li bis-sistema tas-CET dawn qed ikollhom refunds ta’ ftit eluf biss u dan minhabba li hafna mill-prodotti mpurtati ghall-biedja u sajd qed jigu ezentati mill-ewwel u ghalhekk mhux soggetti ghas-CET.


Dan qalu il-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, meta llum qassam ic-certifikati lill-bicceriji godda tat-tjur li qeghdin joperaw f’Malta u f’Ghawdex.


Dawn il-Bicceriji flimkien ihaddmu madwar 120 impjegat u kieku ma kienx ghall-hidma tal-Gvern Laburista matul dawn l-ahhar 22 xahar mhux biss kienu jtiru mar-rih dawn l-impjiegi ghall-haddiema imma wkoll l-investimenti fl-industrija tat-tjur.


Matul dawn l-ahhar 22 xahar huwa kkalkulat li sar investiment ta’ madwar 3 miljun Lira Maltija.  Kieku Malta kellha ssir membru shih ta’ l-Unjoni Ewropeja hadd ma kien se  jithajjar jinvesti f’din l-industrija.


Kienet id-direzzjoni ta’ Gvern Laburista Gdid li gharaf jipprotegi l-Industrija tal-Biedja u Sajd u l-Agro-Industrija fiz-Zona ta’ Kummerc Industrijali Hieles ma’ l-Unjoni Ewropeja flok dik ta’ shubija shiha.


Il-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia qal li dan l-investiment, sar kollu mis-settur privat u huwa konferma tal-klima ta’ nvestiment qawwi li holqot fis-Settur tal-Biedja u Sajd il-politika tal-Gvern Laburista.


B’rizultat ta’ dan l-investiment il-konsumatur illum igawdi prodotti ta’ kwalita gholja fis-suq u sa Dicembru li gej mistennija tizdied aktar ghazla ta’ prodotti pprocessati lokalment mil-laham bnin tat-tigieg.


Il-Ministru Noel Farrugia kompla jghid li matul dawn l-ahhar 22 xahar kien hemm zieda ta’ 3 miljun Lira Maltija fil-Prodott Gross Domestiku fis-Settur tal-Biedja u Sajd metta pparagunati mat-22 xahar ta’ qabel.


.../...






Huwa temm jghid li din il-klima kompliet sahhet il-fiducja fost in-nies tax-xoghol fis-Settur tal-Biedja u Sajd favur valuri sodi u vizjoni moderna ghall-futur.

.

__________




LISTA TA’ BICCERIJI TAT-TJUR APPROVATI U LICENZATI


  1. Hi-Grade Chick, ta’ C & K  Ciappara Poultry Ltd., Siggiewi Road, Qrendi

  2. Buxom ta’ San Niklaw Farm, Ghar Lapsi Road, l/o Siggiewi

  3. Pollo D’Oro ta’ 13A Hal Far Industrial Estate, Hal Far

  4. Valle Del Miele ta’ Wied il-Ghasel, Burmarrad

  5. Chef Choice, Royal Table ta’ Latmija Road, Zabbar

  6. Tas-Sajku Poultry Products ta’ Ras il-Bajjada Road, Munxar, Gozo

  7. Tal-Mejda ta’ Wied il-Mans, l/o Kercem, Gozo

  8. Chicken Likken ta’ Helen House, Triq it-Troll, Zebbug, Malta

  9. Marbro Chicken, Turkey Farm ta’ 146 Burmarrad Road, Burmarrad

  10. Telstar Supreme Grade ta’ Telstat Farm, Valletta Road, Luqa

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow