Left arrow Go Back

FABBRIKA LI TIMPJEGA L-MAGGORANZA TAN-NIES TAGHHA MILL-KOTTONERA SE ZZID IL-HADDIEMA GHAL 200 RUH

PR1530
Date Icon 18/08/1998

Fabbrika li ftit tax-xhur ilu applikat mal-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp  illum stabilixxiet ruhha sew. Waqt li diga’ qed  thaddem 75 haddiem, li l-maggoranza taghhom huma mill-Kottonera, qed tippjana biex sa Marzu li gej izzid l-impjegati taghha ghal 200 ruh.


Dan habbru l-Prim Ministru Dr.Alfred Sant meta dalghodu zar il-fabbrika RASCALA MALTA LTD.  li tinsab fil-qasam industrijali ta’ Rikasli. Din il-kumpannija tibni dghajjes tal-fibreglass u tipprovdi opportunitajiet ta’ impjieg ghaz-zghazagh tal-Kottonera.


Il-Prim Ministru qal li x-xoghol li jsir minn din il-kumpannija huwa xoghol importanti hafna ghax jaghmel parti mill-mod kif fil-Mediterran qed jizdied it-turizmu u l-affarijiet relatati mieghu. Effettivament l-attività tal-kumpannija  taqbel ma’ l-istrategija industrijali u dik  turistika ta’ Malta.


Dr Sant qal li kull ma jmur aktar barranin qed juru nteress li jinvestu f’pajjizna. L-imprendituri ta’ din il-fabbrika gejjin mir-Rumanija u ghalkemm f’pajjizna l-paga hija hames darbiet aktar minn dik fir-Rumanija, il-produttività taghna  u is-sistemi moderni li bihom nahdmu jaghtuna vantagg fuq pajjizi ohra.


Il-Prim Ministru qal li l-Gvern ser jibqa’ determinat li progetti bhal dawn jaghtihom l-appogg kollu li jista’ jtihom.


RASCALA MALTA LTD.  tesporta lejn l-Unjoni Ewropea, il-Japan u anki lejn l-iStati Uniti, kif ukoll tahdem f’assocjazzjoni ma’ kumpanniji stabbiliti bhal l-Evinrude u l-Johnson.


Wara t-tliet xhur li ilha topera f’pajjizna, il-kumpannija qed tippjana biex tkabbar sostanzjalment  l-operazzjonijiet taghha. RASCALA MALTA LTD. qed tippjana li tinvesti miljun lira ohra f’fabbrika gdida li giet identifikata f’Hal-Far u li se tkun lesta sax-xahar id-diehel.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Fondi Ewropej mill-programm Erasmus+ biex jissaħħaħ l-iżvilupp professjonali tal-edukaturi

PR261925

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow