IL-PRIM MINISTRU JITKELLEM DWAR IL-HIDMA TAL-KORPORAZZJONI MALTIJA GHALL-IZVILUPP
Dawn il-wiehed u ghoxrin xahar li ghaddew kienu ta’ hidma intensiva biex tissahhah l-industrija ezistenti ta’ Malta u jkomplu jigu attirati industriji barranin li joholqu opportunita’ ta’ karriera fl-industrija ghall-haddiema Maltin u Ghawdxin.
Hidmet il-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp kienet il-qofol tal-messagg li ghamel il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant meta dalghodu zar l-ufficini centrali tal-Korporazzjoni fil-Kalkara. Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru kien hemm id-Deputat Prim Ministru Dr. George Vella u l-Ministru ta’ l-Affarijiet Ekonomici u ta’ l-Industrija Dr.John Attard Montalto
Il-Prim Ministru heggeg lill-Korporazzjoni biex tkompli tiffoka l-hidma taghha fuq tliet oqsma partikulari. L-ewwel qasam hu dak biex inkomplu nattiraw aktar industrija gdida lejn pajjizna. F’dan il-qasam, diga’ qed jidher progress.
It-tieni qasam hu dak dwar il-process ta’ ristrutturazzjoni ta’ l-industrija ezistenti. Anki hawn ittiehdu passi biex jghinu f’dan is-sens u hawn ta’ min isemmi it-twaqqif ta’ l-IPSE, li qed jghin f’dan il-qasam.
It-tielet punt li l-Korporazzjoni trid tiffoka aktar fuqu hu dak li tinghata aktar attenzjoni lil dawk l-industriji barranin li jkunu gew jinvestu f’pajjizna. Dawn l-industriji jehtiegilhom jibqghu jsibu l-ghajnuna u mhux jintelqu ghal ghonqhom.
Matul iz-zjara tal-Prim Ministru fl-MDC hargu diversi fatti u figuri fuq il-hidma tal-Korporazzjoni ghall-Izvilupp :
Il-Korporazzjoni nrexxielha talloka xejn inqas minn 60 progett gdid jew espansjoni f’bini industrijali li kien diga’ jezisti biex hekk isir uzu ekonomiku ahjar minn dal-bini, uzu li jirrendi aktar frott lill-ekonomija Maltija.
Dan l-ahhar ghoxrin xahar, il-Korporazzjoni approvat numru rekord ta’ 134 progett - 78 progetti godda u 56 espansjonijiet. Huwa mahsub li dawn il-progetti joholqu opportunita’ ta’ mpjieg ghal aktar minn 3,000 ruh.
... / ...
Mill-progetti godda (mhux espansjonijiet) li gew approvati, 22 diga’ bdew joperaw. Bejniethom dawn ihaddmu aktar minn 250 ruh.
Mill-progetti godda approvati 58 huma kompletament barranin, il parti l-kbira taghhom mill-Ewropa.
22 progett ta’ espansjoni wkoll huma ta’ origini barranija. Fost dawn insibu l-espansjonijiet ta’ ST Microelectronics (SGS), Baxter, Dowty, Merit, Brandstatter, ERO Electronics, Pharmamed u Toly Products. Dawn il-figuri juru l-fiducja li ghandhom industrijalisti barranin fil-politika industrijali li qed ihaddem il-Gvern.
Il-maggoranza ta’ dawn l-industriji joperaw f’dawk is-setturi li huma meqjusa bhala l-aktar vijabbli ghal Malta, fosthom l-elettronika, inginerija mekkanika ta’ precizzjoni u software.
Matul dawn il-wiehed u ghoxrin xahar, il-Korporazzjoni harget bi strategija biex tattira lejn Malta kumpanniji fl-inginerija ta’ l-avjazzjoni u progetti li jipproduci strutturi tal-metal ghall-bahar. Ghal dan il-ghan, il-Korporazzjoni hasbet biex tizviluppa zewg zoni industrijali godda: wiehed Hal Safi u l-iehor il-Marsa. Il-validità ta’ din l-istrategija hija konfermata mill-fatt li l-Korporazzjoni diga’ bdiet tircievi numru ta’ applikazzjonijiet minn ditti li jahdmu f’din il-linja.
Din il-hidma kollha ma setghetx ma thallix effett fuq l-ekonomija Maltija. L-exports domestici (jigifieri prodotti hawn Malta), matul l-ewwel tliet xhur ta’ 1998 lahqu s-somma ta’ Lm 149 miljuni, zieda ta’ tnax fil-mija (12%) fuq l-istess tliet xhur tas-sena li ghaddiet.
L-esportazzjoni lejn l-iStati Uniti u l-Gappun kompliet tizdied, grazzi ghall-arrangamenti kummercjali li ghandha Malta ma’ dawn il-pajjizi. Din l-esportazzjoni issa lahqet il-35%. Din l-esportazzjoni mmedjatament titpogga f’diffikultà jekk Malta tissieheb ma’ l-Unjoni Ewropea ghax f’dan il-kaz dawn l-arrangamenti ma jkunux jistghu ikomplu. It-triq li ghazel il-Gvern Laburista, dik ta’ Zona ta’ Kummerc Hieles, mhux biss tissalvagwardja din l-esportazzjoni, izda tiffacilita l-esportazzjoni lejn l-istess Unjoni Ewropea. B’hekk jigi zgurat l-ghexien tat-tletin elf ruh li jahdmu fl-industrija tal-manifattura.
... / ...
Permezz ta’ din iz-zieda fl-esportazzjoni zdied ukoll il-qligh medju tal-haddiema f’dan is-settur. Bejn l-1996 u l-1998, il-qligh medju ta’ kull impjegat fl-industrija tela’ minn Lm 87 ghal Lm 97.
Barra minn hekk, il-Korporazzjoni kompliet taghti s-support kollu lil industriji z-zghar. 71 plot ta’ art gew moghtija lil dawn l-industriji, li huma l-aktar panel beaters, mastrudaxxi, haddiema tal-metal u fibre glass, ecc.
Il-Crafts Village ta’ Ta’ Qali qed jigi strutturat u qed tigi moghtija l-opportunità li l-bini ezistenti jinqaleb f’cens. Dan jippermetti lill-craftsmen li jkomplu jizviluppawhom skond il-htiega u l-kreattività taghhom. Dalwaqt johorgu plots ohra ghall-entraprizi ta’ snajja’ godda.
Ristrutturazzjoni ohra qed issir fil-villagg tas-snajja’ Ta’ Dbiegi f’Ghawdex, fejn ser jinghataw aktar plots fil-gimghat li gejjin.
Il-Korporazzjoni qed tahdem ukoll fuq progett iehor biex tizviluppa Ta’ Xhajma f’zona ta’ tkattir ghall-entraprizi tas-snajja’.
Other Press Releases:
PR261925EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261925