GVERN LABURISTA ISSELLEF LM238 MILJUN U MHUX LM350 MILJUN - IL-MINISTRU LEO BRINCAT
L-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista tghid li l-Gvern Laburista iddejjen b’Lm350 miljun. Kif diía ghidna fi stqarrija ohra qabel din, id-dejn tal-Gvern údied ferm b’anqas, jiíifieri b’Lm238 miljun, bejn Ottubru 1996 u issa. Fuq kollox, parti sewwa minn din iú-úieda kienet dovuta ghall-politika ekonomika tal-Partit Nazzjonalista meta kien fil-Gvern. Tant hu hekk li minn dan id-dejn ta’ Lm238 miljun:
Lm72 miljun saru biex ióallsu id-deficit ta’ l-1996 li óalla warajh Gvern Nazzjonalista;
Lm45 miljun saru biex jitóallsu l-interessi fuq id-dejn li halla warajh Gvern Nazzjonalista.
B’hekk, id-dejn li ghamel Gvern Laburista kien jammonta ghall-Lm121 miljun, li hu terz ta’ dak li qed jghid li sar il-Partit Nazzjonalista. Dan ifisser dejn ta’ Lm190,000 kuljum, mqabbel ma’ dejn ta’ Lm330,000 kuljum li kien issellef Gvern Nazzjonalista fl-aóóar ghaxar xhur tieghu. B’hekk, Gvern Laburista beda jikkoreíi bis-sóió id-diúastru finanzjarju li óallew warajhom in-Nazzjonalisti.
Irridu nghidu li bejn Lm10 miljun u Lm15 miljun minn dan se jiíu mfaddla ghall-ispejjeú tal-Gvern matul l-1999. U dan ghaliex Gvern Laburista jgawdi l-fiduðja tal-poplu li kien lest isellfu ammonti sostanzjali ta’ flus biex ikompli fil-politika tieghu ta’ tisóió ekonomiku.
Fl-istqarrija tieghu, il-Partit Nazzjonalista jiftaóar li ghalkemm fis-snin li ghamel fil-gvern, úied id-dejn nazzjonali bi tmien darbiet sakemm laóaq Lm516.5 miljun, b’dawn il-flus saru diversi proíetti ta’ importanza. Dan ghal darb’oóra m’hu xejn ólief qerq u tghawwií ta’ fatti, ghax biex isiru dawn il-proíetti, sar dejn ieóor, separat minn dak tal-Gvern, mill-Korporazzjonijiet li kienu responsabbli ghall-istess proíetti. B’hekk naraw li sa l-1996, il-Korporazzjonijiet tal-Gvern kienu ddejnu Lm213 miljun minn barra, u Lm250 miljun minn banek lokali, jigifieri dejn totali ta’ Lm463 miljun. Dan kien id-dejn li sar speðifikament ghall-proíetti, li hu apparti minn Lm516.5 miljun dejn li tella’ l-Gvern stess.
... / ...
Fl-istqarrija tieghu, il-Partit Nazzjonalista jitkellem dwar id-dóul u l-infieq tal-Gvern fl-1996 u l-1997. Dan ma ghandu x’jaqsam xejn, u tabilóaqq ma jnaqqas xejn mill-fatt li Gvern Laburista rnexxielu jnaqqas l-iúbilanð nazzjonali b’Lm46 miljun fl-ewwel sitt xhur ta’ l-1998. Dan sar b’politika responsabbli li úiedet l-effiðjenza fil-íbir ta’ taxxi u raúúnet il-óela fl-infieq li ma kienet qed tissarraf fl-ebda íid ghall-poplu.
Other Press Releases:
PR261925EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261925