IL-GVERN JIXTRI 112 POST TA’ RESIDENZA MINGHAND IL-PRIVAT
Il-hidma intensiva li saret bl-inizjattiva tal-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali biex il-Gvern jixtri proprjeta’ minghand il-privat tat ir-rizultat mixtieq meta dalghodu saru l-ewwel konvenji li permezz taghhom il-Gvern xtara l-ewwel 112-il post ta’ residenza u 109 garaxx ghall-prezz ta’ 2 miljuni. Dawn il-postijiet jinsabu Marsascala u l-Fgura.
Il-Ministru Portelli hadem bla heda f’dawn l-ahhar xhur sabiex b’hekk ikun zied l-istokk ta’ postijiet biex il-Gvern ikollu xi jqassam bil-kera jew bix-xiri lil min m’ghandux fejn joqghod. Fil-gimghat li gejjin mistenni li jsiru aktar konvenji peress illi aktar minn 70 sid privat offrew lill-Gvern biex ibieghulu aktar minn 600 post battal f’diversi bliet u rhula f’Malta u f’Ghawdex. Infatti diga’ intlahaq ftehim mas-sidien ghax-xiri ta’ l-ewwel 233 garaxx li b’kollox jiswew 4.7 miljun.
Il-Ministru fakkar fl-inizzjattiva li bdiet fuq xewqa tal-Prim Ministru Alfred Sant bil-progett pilota fil-Floriana dwar il-postijiet battala. Dakinhar kien sar survey rigward il-postijiet battala fil-Floriana mid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali, bil-ghajnuna tal-Kunsill Lokali tal-Furjana u ohrajn. Minnu kien irrizulta li kien hemm madwar 150 post battal. Il-Ministru Portelli kien sejjah laqgha pubblika ghas-sidien ta’ postijet battala fil-Floriana. Din kienet l-ewwel darba li l-Ministru ghad-Djar iltaqa` w iddiskuta ma’ sidien ta’ postijet battala biex ihajjarhom johorguhom ghas-suq tal-kera jew ghall-bejgh. Minn dak in-nhar il-Ministru ha hsieb wkoll li permezz ta’ l-Aworita’ tad-Djar ghamel skema gdida bi procedura trasparenti ghax-xiri ta’ postijet battala minghand il-privat. Din l-iskema tkopri kemm xiri ta’ postijet battala kif ukoll joint venture mal-privat ghal min ghandu l-art within the building scheme u jrid jahdimha mal-Gvern. Dawk is-sidien privati ta’ l-art li jridu jaghmlu joint venture mal-Gvern ikun aktar ghaqli li jiehdu l-ispecifications tal-bini minghand l-Awtorita` tad-Djar qabel ma jibdew jibnu.
Il-Ministru Portelli qal illi waqt li huwa jinsab verament sodisfatt illi rnexxielu jikkonvinci numru daqstant kbir ta` sidien biex joffru l-proprjeta` taghhom ghall-bejgh, huwa appella lill-Kunsilli Lokali sabiex huma wkoll jaghtu sehemhom f`dan ir-rigward billi jaghmluha bhal vacant premises agencies bejn is-sidien ta` postijiet battala u l-Awtorita` tad-Djar.
.../...
B`dan il-pass il-Gvern ikollu aktar postijiet xi jqassam lil min verament ghandu bzonn. L-isforzi tal-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali wasslu wkoll sabiex permezz taghhom il-Gvern Laburista lahaq rekord gdid f`dawn l-ahhar ghoxrin xahar, meta l-ghadd ta` applikanti ghal post alternattiv minn madwar 4500 f`Ottubru 1996 nizlu ghal 3200 f`Lulju u mistennija jinzlu sew taht it-3000 bejn Awissu u Settembru ta` din is-sena.
Il-Ministru waqt li rringrazzja lis-sidien li resqu biex ibieghu proprjeta` battala lill-Gvern, appella biex aktar sidien jaghmlu l-istess. Huwa rringrazzja lil dawk kollha li ghenu biex dan il-pass irnexxa ghall-gid tal-pajjiz.
Other Press Releases:
PR261925EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261925