Left arrow Go Back

TAHDIDIET DWAR IZ-ZGHAZAGH BEJN MALTA U C-CINA

PR1510
Date Icon 14/08/1998

"Ir-relazzjonijiet bejn Malta u r-Repubblika tac-Cina qatt ma kienu kordjali u qrib daqs kemm jinsabu bhalissa."


Dan kien il-kumment tas-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u l-Arti, in-Nutar Joe Cilia, waqt li kien qieghed jindirizza delegazzjoni Ciniza u ohra Maltija li ltaqghu illum ghal tahdidiet bilaterali dwar iz-zghazagh fil-pajjizi rispettivi taghhom.


Id-delegazzjoni Ciniza, immexxija minn Cao Weizhou, vici-Chairman tal-Federazzjoni Ciniza taz-Zghazagh, waslet Malta il-bierah wara nofsinhar.  Hija mistennija jkollha wkoll laqghat mad-deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, mal-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali Evarist Bartolo.  Id-delegazzjoni se tiltaqa' wkoll mal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh u ghaqdiet ohra, filwaqt li nhar it-Tnejn mistennija tkun milqugha mill-President tar-Repubblika.


Waqt it-tahdidiet ta' wara nofsinhar, in-Nutar Joe Cilia tenna l-impenn tal-Gvern fil-qasam taz-Zghazagh u spjega l-politika li qed tkun adottata sabiex iz-zghazagh jinghataw opportunitajiet ta' xoghol, akkomodazzjoni, impenn fis-socjeta', sport, kif ukoll serhan tal-mohh.


Ghall-laqgha kien prezenti wkoll ghan-naha Maltija, is-Segretarju Permanenti fi hdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, is-Sur Frederick Fearne, Diretturi fis-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u l-Arti, ufficjali gholja fl-istess Segretarjat u d-Direttrici ta' l-agenzija Sedqa, is-Sinjura Sina Bugeja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Fondi Ewropej mill-programm Erasmus+ biex jissaħħaħ l-iżvilupp professjonali tal-edukaturi

PR261925

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow