Left arrow Go Back

1000 IMPJIEG U PROMOZZJONIJIET LEJLET L-ELEZZJONI TAL-1996

PR1504
Date Icon 13/08/1998

Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni qal nhar il-Hadd li wara x-xoljiment tal-Parlament fl-1996 ma dahlux aktar impjegati jew inghataw promozzjonijiet mal-Gvern jew mal-korpi parastatali. Bejn ix-xoljiment tal-Parlament fit-23 ta’ Settembru u l-21 ta’ Ottubru 1996, lejlet l-elezzjoni generali li ghaddiet, aktar minn 1000 persuna inghataw impjieg mal-gvern jew inghataw promozzjoni fis-Servizz Pubbliku u fil-Korpi Parastatali.


Bejn ix-xoljiment tal-Kamra tar-Rappreúentanti fit-23 ta’ Settembru 1996 u l-21 ta’ Ottubru, ftit jiem qabel id-data tal-elezzjoni, fis-Servizz Pubbliku wahdu hargu total ta’ 746 ittra ta’ hatra, bejn promozzjonijiet godda u ingagg gdid. Minn dawn kien hemm 12 Kapijiet, 259 Senior Principals u 117 Principals, 3 Gradi Professjonali, 206 Kindergarten Assistants, 111 li jvarjaw minn Kapijiet ta’ Skola u Assistenti taghhom ghal xufiera ta’ l-ambulanzi u l-kumplament gradi industrijali. (Tabella Nru. 1) Fil-Korpi parastatali t-total ta’ nies li dahlu jew nghataw promozzjonijiet kien jammonta ghal 274, 168 minnhom fil-Korporazzjoni Telemalta. (Tabella Nru 2)


Taht is-sistema li qieghda tintuza bhalissa huwa biss il-Kumitat tal-Kabinett li jiddeciedi u japprova d-dhul u  l-promozzjonijiet kemm mal-Gvern kemm mal-Korpi parastatali wara li jigi assigurat li hemm gustifikazzjoni ghal kull kaz.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Fondi Ewropej mill-programm Erasmus+ biex jissaħħaħ l-iżvilupp professjonali tal-edukaturi

PR261925

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow