Left arrow Go Back

KONFERENZA NAZZJONALI: LEJN IS-SEKLU 21 ~ LIGI GDIDA KOMPRENSIVA U MODERNA GHAS-SAHHA

PR1496
Date Icon 13/08/1998

Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr. Michael Farrugia, kien il-kelliemi ewlieni fil-Konferenza Nazzjonali ta’ jum dwar Ligi Gdida Komprensiva u Moderna ghas-Sahha.


F’din il-konferenza nazzjonali hadu sehem l-ghola ufficjali fid-Dipartiment tas-Sahha, l-ghola ufficjali trejd unjonistici, rapprezentanti tal-Korpi Kostitwiti u rapprezentanti ta’ ghaqdiet mhux governattivi li jahdmu mill-qrib mas-settur tas-sahha.  Mistieden specjali kien Dr. Herbet F. K. Zöllner, li hu Konsulent Regjonali ghall-Ekonomija u Analizi tal-Politika fis-Sahha tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha (WHO).


Fid-diskors tieghu, il-Ministru Michael Farrugia beda biex irringrazzja lil kull min ha sehem u ta’ kontribut.  It-Tabib Farrugia sostna li l-prezenza daqshekk wiesa’ minn kull settur tal-qasam tas-sahha turi bic-car il-htiega ta’ bidla fil-ligijiet tas-sahha.


Il-Ministru Michael Farrugia sahaq li fil-mixja taghna lejn millenju gdid, il-pajjiz irid igedded u jtejjeb il-ligijiet ezistenti dwar is-sahha, specjalment dawk li jinhassu antikwati.  Il-Ministru Farrugia enfasizza li ma nistghux nkomplu nraqqu l-pannu bil-qargha hamra.  Jinhtieg li t-tibdil irid ikun diskuss fit-tul u kull proposta mgharbla biex il-pajjiz ikollu ligi verament moderna u tixraqlu.


Il-Ministru Michael Farrugia semma’ li b’daqshekk ma waqafnix milli nkomplu naggornaw il-ligijiet taghna fejn inhass il-htiega.  Il-Ministru responsabbli mill-qasam tas-sahha semma’ bhala ezempju l-emendi li saru biex hraxu l-pieni fil-kaz fejn jidhol l-abbuz u t-traffikar tad-droga.


L-izvilupp holistiku tal-qafas legali fejn tidhol is-sahha irid jimxi pari passu ma’ l-izvilupp infrastrutturali kbir li ghaddej bhalissa fis-sahha.  Sas-sena 2001, Malta ser ikollha Sptar Generali gdid.  Ghaddej xoghol kbir ta’ introduzzjoni ta’ l-aktar teknologija avvanzata fl-informatika biex ic-cittadin ikun servut ahjar dwar l-istorja medika tieghu.  Hawnhekk, il-Ministru Michael Farrugia gibed l-attenzjoni li dan hu qasam li sa issa ghadu mhux regolat b’ligi, liema ligi primarjament trid tiggarantixxi l-kunfidenzjalita ta’ l-individwu u sussegwentament l-access ghal din l-informazzjoni.

.../...


It-tibdil tal-qafas legali irid isir waqt li ghaddejja riforma shiha u radikali fil-mod ta’ kif is-sistema tat-tmexxija qeghda ssir.  F’dawn l-ahhar 21 xahar, sar awditjar li qed iwassal ghal accountability minn kulhadd.  Dan it-tibdil irid iwassalna biex nilhqu consensus halli l-isptarijiet pubblici jsiru awtonimi.  Il-Ministru Michael Farrugia enfasizza li anke dan irid ikun sapportjat b’mod legali.


Ligi gdida u moderna fil-qasam tas-sahha m’ghandhix tkun wahda amministrattiva biss imma wahda li fuq kollox tpoggi l-htigijiet ta’ kull cittadin fuq quddiem nett.  Ghandha tkun ligi li tirrikonoxxi l-izviluppi importanti li saru fil-qasam tal-kura tal-mard mentali.  Ligi gdida ghandha tkun hanina u tghin cittadini bhal dawn li fejn ikun il-kaz, jistghu jitfejqu fil-komunita’ minghajr il-htiega li jmorru go sptar.  B’hekk titnaqqas l-istigma li dawn ic-cittadini jistghu jsofru.


Il-Ministru Michael Farrugia elenka li ligi gdida ghandha thares lejn il-qasam tal-farmacija u tas-sahha pubblika.  Hawnhekk, it-Tabib Farrugia semma kif bhalissa ghaddejjin diskussjonijiet mal-Malta Standards Authority sabiex isir it-tibdil necessarju fil-Food Safety Act.  Kull tibdil irid ipoggi lic-cittadin l-ewwel.  Ghalhekk qed niflu kif sejrin inharsu dejjem aktar lill-konsumatur.


Il-Ministru Michael Farrugia ghamel ukoll referenza ghas-suggeriment tal-krematorju.  It-Tabib Michael Farrugia habbar li saru diskussjonijiet ma’ l-Awtoritajjiet Ekklezjastici fuq dan is-suggett, li min-naha taghhom urew li m’hemm ebda oggezzjoni.


Il-Ministru responsabbli mis-Sahha tkellem ukoll dwar l-importanza tal-bioetika meta ssir il-formulazzjoni ta’ ligi gdida komprensiva u moderna ghas-sahha.  Fil-passat, il-bioetika ma nghatatx importanza, sahaq il-Ministru Michael Farrugia.  Ghall-futur, il-kuncett modern tar-right of consent tac-cittadin irid ikun imhares.  Il-Ministru Michael Farrugia enfasizza li kull pazjent ghandu jinghata kull informazzjoni dwar l-operazzjoni li tkun sejra titwettaq fuqu.  F’dan is-sens, il-Ministru Michael Farrugia qal li hu diga’ ta’ direzzjoni lil Diretturi Klinici fl-isptar sabiex dan id-dritt tac-cittadin jitwettaq.


Fl-istess waqt li ghaddej dan l-ezercizzju kollu, il-Ministru Michael Farrugia sahaq li qatt mhu ser jitpogga fil-genb il-htiega li nkomplu bla heda bi programm ta’ promozzjoni biex nghixu hajja ahjar u b’sahhitha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Fondi Ewropej mill-programm Erasmus+ biex jissaħħaħ l-iżvilupp professjonali tal-edukaturi

PR261925

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow