FTEHIM DWAR VILLA FRANCIA F’HAL LIJA
Illum, it-12 ta’ Awissu 1998, il-Gvern lahaq ftehim mat-testatur ta’ Francia Estate, biex jiehu f’idejh Villa Francia go Hal Lija bil-gonna u l-artijiet ta’ madwarha li jammontaw ghal disa’ tumoli ta’ art. Din il-propjeta` kienet giet imhollija lill-Gvern bhala legat mill-mejjet William Nathaniel Francia.
Il-ftehim li ntlahaq jahseb ukoll ghat-trasferiment favur il-Gvern ta’ artijiet ohra fil-limiti taz-Zebbug, Ghawdex, il-Qrendi u s-Swieqi ta’ madwar erbghin tomna kejl li bicciet minnhom jistghu jigu zviluppati ghal skopijiet socjali. It-testatur ceda d-drittijiet u l-kundizzjonijiet marbuta mal-legat, fosthom li l-Villa u l-art ta’ madwarha setghet tintuza biss bhala residenza tal-Prim Ministru ta’ Malta, jew skola, jew muzew jew dar ta’ l-anzjani. B’hekk il-Gvern ikun jista’ jiddeciedi, minghajr ebda rbit, l-ahjar uzu li jista’ jsir minn din il-propjeta`.
B’dan il-ftehim giet fi tmiemha kwistjoni li kienet ilha sejra sa mill-1988, u li kienet spiccat anke fil-Qrati Maltin. B’hekk issa tista’ tittiehed azzjoni biex dan il-bini storiku, li thalla lill-Gvern u li kien qieghed isirlu deni kbir minhabba li kien mitluq, ikun jista’ jigi protett, imhares u uzat.
Other Press Releases:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923