Left arrow Go Back

ESPORTAZZJONI TAL-PATATA

PR1486
Date Icon 12/08/1998

Matul l-1995 u l-1996 l-bdiewa dahhlu Lm1,597,380 mill-esportazzjoni tal-patata, waqt li fl-1997 u l-1998, fis-sentejn tal-Gvern Laburista, dahhlu Lm1,848,090, jigifieri zieda ta’ 15% jew ahjar ta’ kwart ta’ miljun Lira.


Dan jikkonferma n-nuqqas ta’ verita` tax-Shadow Minister Nazzjonalista li ghogbu jirreferi ghall-pagamenti li saru lill-bdiewa bhala ‘mizeri’.


Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia b’riferenza ghall-kritika ta’ l-Oppozizzjoni.


Il-Ministru kompla jghid li dan huwa sinjal ta’ paniku fil-Partit Nazzjonalista li nnota li meta l-Amministrazzjoni Nazzjonalista, fl-unika sena li esporta ‘il fuq minn 7,000 tunnellata ta’ patata, li kien biss fl-1992, il-bdiewa nghataw il-prezz verament mizeru ta’ Lm6-il qantar, li minnhom 57 centezmu kienu ssussidjati mill-Kaxxa ta’ Malta.


Fis-sentejn tal-Gvern Laburista li fihom gew esportati kull sena aktar minn 7,000 tunnellata, il-bdiewa dahhlu prezz medju ta’ Lm10.23 minflokk dak ta’ Lm6,  jigifieri zieda ta’ 70%.


Fattur iehor li rrefera ghalih il-Ministru Noel Farrugia kien dak tar-rata tal-kambju.  Dan fis-sens li r-rata tal-kambju fl-1996 kienet ta’ 4.7 D.Fl ghal kull Lira Maltija filwaqt li fl-1997 u fl-1998 kienet ta’5.2 D.Fl u 5.1 D.Fl rispettivament.  Il-Ministru qal li dawn id-differenzi fir-rati tellfu lill-bdiewa Lm200,000.  


Il-Ministru temm jghid li billi x-Shadow Minister qed jibza jaccetta l-invit miftuh biex jiltaqa’ mal-Bord ta’ l-Esportazzjoni halli jara l-kontijiet kollha, jidher li l-unika interess li ghandu huwa li jimmizinforma lill-bdiewa ghal skopijiet partiggani u politici u  tenna li l-invit ghadu miftuh.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Fondi Ewropej mill-programm Erasmus+ biex jissaħħaħ l-iżvilupp professjonali tal-edukaturi

PR261925

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow