Left arrow Go Back

WHITE PAPER DWAR TIBDIL FIL-LIGIJIET TAC-CITTADINANZA U TA’ L-IMMIGRAZZJONI

PR1462
Date Icon 10/08/1998

Kif diga’ kien thabbar fi zmien il-budget, il-Gvern kien qieghed jistudja bir-reqqa tibdil li kien qed jigi propost ghall-ligijiet dwar ic-cittadinanza u l-immigrazzjoni.  Ma’ dawn il-proposti zdiedu ohrajn li l-Gvern deherlu li wasal iz-zmien li jintroducihom u ghalhekk issa qed tinhareg din il-White Paper, li tfiehem fid-dettal it-tibdil kollu li qed jigi propost.


Kulhadd jaf kemm il-Gvern ghandu ghal qalbu lill-hutna Maltin li jinsabu barra minn Malta u li maghhom dejjem izomm kuntatti siewja u mill-qrib, halli jinzammu gholjin r-rabtiet ma’ Malta u l-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin fost l-emigranti jibqghu dejjem hajjin.


Biex dan kollu jkompli jissahhah, ser jinghata d-dritt li t-tfal mwielda barra minn Malta lill-emigranti Maltin ikollhom cittadinanza doppja huma wkoll, bhalma hu l-kaz tal-genituri taghhom.  B’hekk il-Gvern ikun qed iwettaq mizura fejjieda ohra ma’ hutna l-emigranti.


Sabiex jinqata’ l-abbuz li jezisti bhalissa fil-ligi tac-cittadinanza fejn certi barranin jizzewgu Maltin sempliciment biex jiksbu d-dritt li jibqghu u jahdmu Malta, jew inkella biex jiksbu c-cittadinanza Maltija u konsegwentement passaport Malti, mhux ser ikun aktar possibbli li barranin japplikaw minnufih wara z-zwieg biex jakkwistaw ic-cittadinanza Maltija.  Dan ser ikunu jistghu jaghmluh biss wara tlett snin mid-data taz-zwieg u sakemm il-koppja tkun ghada tghix flimkien.


Min-naha l-ohra izda, l-irgiel ta’ nisa Maltin li bhalissa ma jgawdux il-Freedom of Movement ser jinghataw dan id-dritt.  Izda kemm huma, kif ukoll nisa barranin mizzewgin irgiel Maltin, ser ikunu jistghu jgawdu dan id-dritt wara tlett snin mid-data taz-zwieg taghhom, dejjem jekk ikunu qed jghixu man-nisa taghhom jew ma’ zwieghom.



... /...

Bidla ohra importanti li ser isseh hija li dawk iz-zghazagh li jridu jiddeciedu liema cittadinanza ser izommu - jekk hux dik Maltija jew xi cittadinanza ohra li ghandhom mit-twelid jew li akkwistaw wara t-twelid - bejn it-tmintax u d-dsatax-il sena, ser ikunu jistghu jiehdu din id-decizjoni bejn it-tmintax u l-hamsa u ghoxrin sena.  Dan sabiex jinghataw opportunita’ akbar biex ikunu jistghu jaghmlu din id-decizjoni aktar bil-ghaqal u wara li jkunu temmew l-istudji taghhom.


Ser isir xi tibdil iehor biex isahhah id-dispozizzjonijiet attwali fil-ligi tac-cittadinanza doppja halli jaghmel din il-ligi aktar effettiva u permezz ta’ dan it-tibdil persuni li qabel ma kienux jikkwalifikaw biex ikollhom cittadinanza doppja - l-aktar nisa mizzewgin cittadini Inglizi - issa, dan ser ikun possibbli ghalihom.


Tibdil iehor jikkoncerna trabi abbandunati li ser jibdew jitqiesu li huma cittadini Maltin sakemm ma jkunx hemm provi ghal-kuntrarju u tibdil li huwa konsegwenzjali ghal-proposti li ssemmew aktar ‘l fuq.


Id-dettalji kollha dwar dan it-tibdil jinsabu fil-White Paper li qed tinhareg illum u qed jinghata zmien ta’ tlett xhur sabiex dawk kollha li ghandhom xi interess f’dan it-tibdil ikunu jistghu iressqu l-kummenti jew suggerimenti taghhom halli wara li jigu studjati l-Gvern ikun jista’ jressaq Abbozz ta’ Ligi fil-Parlament biex dan it-tibdil kollu jigi attwat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

More Press Releases Right arrow