IL-MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN U L-AMBJENT JILTAQA’ MA’ L-AMBAXXATUR TAL-KUWAJT.
L-Ambaxxatur tal-Kuwajt ghal Malta, l-Eccellenza Tieghu is-Sur Qasim Oman Al Yagout, li ser itemm il-hatra tieghu fil-jiem li gejjin, ghamel zjara ta’ l-ahhar lill-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella.
Il-Ministru Vella wera x-xewqa li jissahhu r-rabtiet politici u kummercjali bejn iz-zewg pajjizi. Huwa habbar li l-Gvern Malti qed jahseb biex jibghat delegazzjoni fil-Kuwajt biex tistharreg l-opportunitajiet li jezistru f’dan il-pajjiz.
L-Ambaxxatur Al Yagout informa lill-Ministru Vella li delegazzjoni Parlamentari mill-Kuwajt ser zzur Malta aktar tard din is-sena.
Il-Vici Prim Ministru u l-Ambaxxatur Al Yagout tkellmu wkoll dwar ir-rikostruzzjoni u l-bini mill-gdid ta’ l-ekonomija tal-Kuwajt wara l-Gwerra tal-Golf.
Other Press Releases:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923