IL-PROGETT TAT-TERMINAL TAC-CIRKEWWA U L-IMGARR
Il-Ministru ghat-Trasport u l-Portijiet l-Onor, Joe Debono Grech dalghodu inawgura wirja f’Ghawdex dwar il-progett tat-terminal tac-Cirkewwa u l-Imgarr.
Bla dubju, wiehed mill-akbar progetti li qieghed jahdem fuqu l-Gvern hu dak li jtejjeb it-trasport bil-bahar bejn Malta u Ghawdex. Dan qieghed isir sabiex jitjieb il-qafas ekonomiku u socjali ta' Ghawdex billi jigi assigurat sistema ta' trasport efficjenti, regolari u moderna f'dawk li huma facilitajiet ghall-passiggieri kif ukoll f'dak li ghandu x'jaqsam ma’ harsien ta' sigurta'.
Ghal dan il-ghan, il-Gvern huwa marbut li jonfoq miljuni kbar ta' liri sabiex jinbnew vapuri godda kif ukoll sabiex titjieb l-infrastruttura tal-mollijiet u facilitajiet ohra fl-Imgarr u c-Cirkewwa.
Il-htiega ilha tinhass. L-izvilupp ekonomiku u socjali ta' Ghawdex huwa marbut ma' dik il-medda bahar li tifred iz-zewg gzejjer. Huwa importanti li f'Ghawdex inkomplu nsostnu t-turizmu; illi nassiguraw facilitajiet moderni u efficjenti ghat-taghbija u garr ta' merkanzija li tforni l-fabbriki u l-hwienet tal-kummerc; illi nipprovdu mezz ta' komunikazzjoni regulari illi jaqdi l-htigijiet socjali ta' haddiema u studenti Ghawdxin. Dan nistghu naghmluh biss billi jkun hemm xejn anqas minn bidla radikali fil-facilitajiet u mezzi ta' trasport bejn ic-Cirkewwa u l-Imgarr.
Ta' min wiehed jghid illi f'dawn l-ahhar snin kien qieghed dejjem jikber in-numru ta' passigieri u vetturi ohra li jaqsmu bejn Malta u Ghawdex bil-bahar. Qeghdin isiru madwar tmintax il-elf u hames mitt vjagg li fuqhom jingarru aktar minn zewg miljuni w nofs passiggieri u sitt mitt elf vettura fis-sena. Barra minhekk hemm xejriet cari li juru illi dawn ic-cifri sejrin ikomplu jizdiedu.
F'dan l-ahhar sena u nofs l-Awtorita' Marittima hadmet bla heda sabiex isiru pjanti u l-konsultazzjonijiet mehtiega ghall-izvilupp tal-mollijiet u facilitajiet ohra fic-Cirkewwa u l-Imgarr. L-ewwel fazi li tinvolvi t-thammil fic-Cirkewwa tlestiet u x-xoghol fuq il-kumplament miexi b'ritmu mghaggel.
.../...
Dan ix-xoghol jinvolvi:
- Tkabbir tal-breakwater sabiex ikun hemm aktar ilqugh.
- Reklamar ta' art mill-bahar sabiex jizdiedu l-ispazju ghall-vetturi.
- Titjieb fis-sistema tat-traffiku.
- Sistema li biha jonqos ir-raxx tal-mewg fuq passiggieri
fix-xitwa waqt li jkunu qeghdin jistennew li jitilghu fuq l-vapur.
-Facilitajiet godda ghall-passiggieri permezz ta' Terminals fl-Imgarr u c-Cirkewwa
-Sistema gdida li permezz taghha ma jkunx hemm tahlit bejn il-passiggieri u l-vetturi.
-Zieda fin-numru ta' rmiggi ghall-vapuri.
Il-vantaggi li dawn il-facilitajiet sejrin igibu maghhom jinkludu:
Servizz fiss u regulari
Permezz ta' tkabbir tal-breakwater li sejjer jaghti aktar protezzjoni mill-irjieh lill-vapuri meta jkunu qeghdin jitrakkaw, ser jonqos b'mod drastiku n-numru ta' drabi meta, minhabba l-maltemp, il-vapur ma jkunx jista' jopera mic-Cirkewwa. B'hekk il-passiggieri jkunu kwazi dejjem assigurati illi l-vapur sejjer jahdem minn post wiehed u mhux daqqa minn banda u daqqa minn ohra.
Servizz aktar efficjenti
Huwa mahsub illi permezz ta' facilitajiet li sejrin jigu pprovduti, il-vapur ikun jista' jhott u jtella' passiggieri u merkanzija fl-iqsar zmien.
Sigurta' ahjar ghall-passiggieri
Wahda mill-beneficji ewlenin ghas-sigurta' tal-passiggier sejra tkun il-mod gdid li bih il-passiggier jitla’ u jinzel minn fuq il-vapur minghajr ma jkun hemm xkiel u tahlit ma' vetturi u ingenji ohra ta' trasport.
Kumdita aktar ghal passiggier
Il-bini ta' terminals godda bil-facilitajiet kollha fic-Cirkewwa u l-Imgarr se tkun ta' benificcju kbir ghall-passiggier. Ma' dawn wiehed irrid izid is-sistema ahjar ta' parking u l-protezzjoni li s-sistema ta' l-ilqugh taghti mir-raxx ta' mewg partikularment fix-xitwa, waqt li l-passiggier ikun qieghed jistenna sabiex jitla’ fuq il-vapur.
Fil-bixra ta' dan kollu l-Gvern itenni l-impenn tieghu sabiex jassigura illi jkun hemm titjieb permezz ta' bidla radikali fi trasport bejn Malta u Ghawdex u dan sabiex insostnu l-qafas ekonomiku u socjali f’Ghawdex.
Other Press Releases:
PR261923EN
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...
PR261923