IL-PRIM MINISTRU JGHID LI L-AIRMALTA GHANDHA TKUN KOMPONENT ESSENZJALI FL-IZVILUPP TAT-TURIZMU TA’ PAJJIZNA
Hekk kif il-Gvern Laburista dahal ghat-tmexxija tal-pajjiz sab li fejn tidhol il-kumpannija ta’ l-ajru AirMalta, dak li kien jinghad ma kienx jirrifletti dak li fil-fatt kien hemm fil-kumpannija. Minflok tikkonsolida l-pozizzjoni taghha, l- AirMalta kienet sejra lura.
Dan qalu l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant waqt zjara li ghamel dalghodu fil-maintenance base ta’ l-AirMalta. Matul iz-zjara, Dr Sant kien akkumpanjat mill-Ministru ghat-Turizmu u ghas-Self Employed il-Perit Karmenu Vella, kif ukoll mic-Chairman ta’ l-AirMalta s-Sur Louis Grech.
Il-Prim Ministru zied jghid li l-Gvern Laburista mill-ewwel ha l-passi korrettivi biex jirranga s-sitwazzjoni w issa qed johorgu r-rizultati mehtiega. Il-Gvern ha passi biex mill-ewwel jibdel l-istrategija tal-kumpannija, inaqqas ir-rankatura li kien qabad id-deficit u jirranga certi zbalji teknici bhal meta inxtraw l-RJ 70’s
Dr.Sant enfasizza li l-AirMalta ghandha tkun komponent essenzjali fl-izvilupp tat-turizmu ta’ pajjizna. Kien ghalhekk li l-Gvern ghaddha r-responsabbiltà ghalijha lill-Ministeru tat-Turizmu. B’hekk illum l-AirMalta issib postha fl-inkwadrament shih ta’ l-istrategija turistika.
Il-Prim Ministru rrefera ghall-fatt li l-ligi dwar it-twaqqif ta’ l-Awtorita’ tat-Turzimu ma ghaddietx mill-Parlament. Qal li l-AirMalta kien se jkollha rwol importanti f’din l-istruttura. F’Parlament gdid, qal il-Prim Ministru, l-Gvern irid ikun lest biex jimplimentaha.
Il-Ministru ghat-Turizmu, il-Perit Karmenu Vella, qal li bejn April tas-sena l-ohra u Marzu ta’ din is-sena, it-total ta’ passiggieri li dahlu u hargu minn Malta kien ta’ 2.6 miljuni. Dan ifisser zieda ta’ 6.6% fuq is-sena ta’ qabel. Minn dan l-ammont, l-Airmalta qed iggorr kwazi 55 %. Il-Ministru Vella habbar li l-ahhar figuri tal-moviment tal-passiggieri ghax-xahar ta’ Gunju telghu ghall-11.5 %.
... /...
Il-Ministru Vella rrefera ukoll ghall-ftehim li l-AirMalta ghamlet ma’ l-Accor Group. Hu habbar li t-tahditiet li saru maghha kwazi waslu fi tmiemhom u, fi zmien mhux fil-boghod, l-Accor ghandha tibda topera c-Centru tal-Mediterran ghall-Konferenzi.
Min-naha tieghu, ic-Chairman ta’ l-AirMalta, is-Sur Louis Grech habbar li fic-celebrazzjonijiet tal-hamsa u ghoxrin anniversarju mit-twaqqif tal-kumpannija, li se jkunu imfakkara din is-sena, l-AirMalta qed tipprogetta li ser tkun garret madwar 1.1 miljun passiggier fuq titjiriet skedati.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN