Left arrow Go Back

ZIEDA FIL-PRODUZZJONI TAT-TADAM GHALL-GHASIR U FL-ESPORTAZZJONI TA’ PRODOTTI TAT-TADAM IPPROCESSATI LOKALMENT

PR1441
Date Icon 06/08/1998

Il-prezz minimu garantit u ssussidjat ghat-tadam ghall-ghasir li jkabbru l-bdiewa tal-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea huwa ta’ 9.022 ECU kull 100 kilo tadam, jigifieri 4c-il kilo f’kalkolu ta’ flus Maltin.  Filwaqt li l-prezzijiet tat-tadam ghall-ghasir tal-bdiewa Maltin u Ghawdxin jvarjaw minn 7c u 9c-il kilo skond it-tip u l-kwalita’ tat-tadam.


Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia lill-komunita’ tal-bdiewa f’Burmarrad li jkabbru t-tadam ghall-ghasir ghall-industrija ta’ l-ipprocessar.


Dawn il-fatti juru bic-car li bi shubija shiha fl-Unjoni Ewropea l-bdiewa Maltin u Ghawdxin, li jkabbru t-tadam ghall-ghasir, jitilfu bejn 3c u 4c fil-kilo u mhux igibu prezzijiet ahjar, kif qed jinghad mill-Oppozizzjoni Nazzjonalista.


Dan ifisser, kompla jghid l-Ministru Noel Farrugia, li jekk Malta veru ssir membru shih ta’ l-Unjoni Ewropea tispicca l-industrija lokali tat-tkabbir u l-ipprocessar tat-tadam, li jsarraf f’telf ta’ impiegi u dhul anqas ghall-bdiewa Maltin.


Izda dan il-gwaj ghas-Settur tal-Biedja u l-Agro-Industrija lokali, gie evitat kompletament matul dawn l-ahhar 22 xahar ta’ Gvern Laburista.


Matul l-1997 u  l-1998 gew esportati ’l fuq minn 1,300 tunnellata ta’ prodotti tat-tadam ipprocessati fl-Agro-Industrija lokali.  Dan il-pass gholla aktar l-isem ta’ l-Agro-Industrija lokali tat-tadam mal-konsumaturi lokali u barranin, b’rizultat li holoq domanda akbar ghall-prodotti tal-bdiewa Maltin u Ghawdxin.  


Din is-sena l-bdiewa diga’ kellhom zieda ta’  40 fil-mija fuq il-produzzjoni tat-tadam ghall-ghasir meta pparagunat mas-sena l-ohra u dan se jgib dhul ahjar lill-bidwi.



.../...






S’issa ma dahal l-ebda rapport ufficjali dwar diceriji li hawn l-industriji ta’ l-ipprocessar li ma humiex jonoraw il-prezzijiet miftiehem mal-bdiewa u jekk kemm-il darba dan jirrizulta, il-Ministeru se jinvestiga minnufih biex ma jkunx tollerat ebda abbuz kontra l-bdiewa.


Il-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia temm jghid li l-Gvern Laburista jrid li l-produzzjoni tat-tadam ghall-ghasir tkun parti integrali mill-Biedja Maltija u ghalhekk iz-zona ta’ Kummerc Industrijali Hieles mal-UE teskludi s-setturi tal-Biedja u s-Sajd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives stresses the need for EU budget to reflect realities of smaller Member States

PR261923EN

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġit Ewropew iqis ir-realtajiet tal-Istati Membri ż-żgħar

PR261923

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jis...

More Press Releases Right arrow