IL-PARLAMENT XOLJA : ELEZZJONI FIL-5 TA’ SETTEMBRU 1998
F’konferenza ta’ l-ahbarijiet dalghodu, il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant habbar li llum kien mar ghand il-President tar-Repubblika ta’ Malta u kien tah il-parir biex ixolji l-Parlament b’effett mil-lum u biex jittiehdu l-passi mehtiega biex issir Elezzjoni Generali nhar is-Sibt 5 ta’ Settembu 1998.
Il-Prim Ministru qal li dan kien segwitu ta’ l-izviluppi politici li kienu sehhew, wara li fl-ahhar xhur il-Gvern kellu diffikulta biex jghaddi mill-Parlament xoghol ta’ importanza ghan-nazzjon. Dr.Sant zied jghid li r-rezistenza li sab il-Gvern min-naha ta’ l-Oppozizzjoni u deputat min-naha tal-Gvern wassal biex ma jghaddix il-vot dwar il-progett tal-Kottonera, u wara, biex ma tghaddix il-ligi dwar it-twaqqif ta’ l-Awtorita’ tat-Turizmu li dwarha suppost kien jezisti consensus
Dr. Sant qal li l-impasse li nqala’ fil-Parlament tahti ghalih l-Oppozizzjoni Nazzjonalista ghax dawn ma accettawx li jaqblu ma’ proposti tal-Gvern li kienu mija fil-mija fl-interess nazzjonali u ragonevoli, kif ukoll minhabba l-gerrymandering li sar qabel l-elezzjoni generali li ghaddiet. F’din l-elezzjoni l-Partit Nazzjonalista, li kellu mat-tmint elef vot anqas mill-Partit Laburista, spicca bi tliet siggijiet aktar. Wara, b’effett tal-mizura korrettiva skond l-emenda kostituzzjonali li kienet iddahlet fl-1987, il-Partit Laburista gie b’siggu wiehed biss minn fuq.
Fil-konferenza ta’ l-ahbarijiet, il-Prim Ministru semma r-record tal-Gvern Laburista f’dawn l-ahhar 22 xahar. Qal li kien record li johrog direttament mit-twettieq tal-Manifest Elettorali Laburista ta’ Ottubru 1996. Dr. Sant qal li l-Gvern ghamel hafna passi ’l quddiem f’dak li ghandu x’jaqsam mat-twettieq ta’ dak li kien gie imwieghed. Fost l-ohrajn semma l-performance tajba fit-turizmu, l-istimulu gdid lill-esportazzjoni industrijali, il-bdil fir-rotta f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll it-twettieq tal-weghda li titnehha l-VAT u minflokha tidhol it-taxxa tas-sisa u dazji, taxxa li qed trendi aktar lil Gvern milli kienet trendi l-VAT. Twettqu ukoll l-weghdi elettorali f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-ambjent f’oqsma bhall-kacca u l-insib kif ukoll dik li l-Gvern jaghti spinta kbira ’l quddiem lill-qasam edukattiv, lit-tmexxija professjonali tas-servizz ta’ sigurta’ u s-servizz tal-pulizija f’pajjizna.
... / ...
Il-Prim Ministru fakkar li l-Gvern dejjem ried li jahdem fuq bazi ta’ hames snin. Effetivament f’diversi oqsma ta’ politika, xoghol il-Gvern ghadu work in progress. Aktar u aktar ghax kien hemm ukoll aspett tax-xoghol tal-Gvern li kien jirrelata mal-hidma intensiva li saret biex il-finanzi tal-Gvern li thallew fi stat dizastruz mill-amministrazzjoni precedenti jergghu jitpoggew fuq bazi soda u serja.
Dr.Alfred Sant qal li l-proposti li issa ser ikun qed jaghmel il-Partit Laburista ghall-kampanja elettorali huma fuq il-bazi ta’ konsolidament u t-tkomplija ta’ inizjattivi li bdew kif ukoll ta’ certi inizjattivi godda li johorgu mill-esperjenza li l-Gvern ha f’dawn l-ahhar tnejn u ghoxrin xahar. Ghal ’l quddiem hemm il-htiega li s-servizzi tal-Gvern isiru mhux biss aktar efficjenti izda wkoll aktar miftuha lejn l-aspirazzjonijiet u l-htigijiet tac-cittadini.
Il-Prim Ministru temm jghid li kien ihossu kburi bir-record tal-Gvern Laburista. Huwa rringrazzja lill-kollegi tieghu tal-Kabinett kif ukoll lis-Segretarji Parlamentari li hadmu bla heda f’cirkustanzi li mhux dejjem kienu facli. Irringrazzja wkoll lil dawk fil-Grupp Parlamentari li baqghu leali, ghall-appogg u x-xoghol li taw lill-Gvern. Qal li kien jinsab konvint li jezisti mill-gdid Winning Team quddiem il-poplu Malti u Ghawdxi li ser jerga’ jinghata mandat gdid elettorali biex iwettaq sa l-ahhar, il-proposti kollha tal-Partit Laburista Gdid. B’hekk biss tista’ tinbena Malta Moderna, ghall-gid tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922