Left arrow Go Back

IL-KONTRIBUT TAN-NISA MALTIN FIL-BIEDJA U SAJD

PR1396
Date Icon 31/07/1998

Il-kontribut tan-nisa Maltin fil-biedja u s-sajd huwa sostanzjali, izda mhux apprezzat kif inhu xieraq.


Tradizzjonalment, in-nisa dejjem hadmu f’dawn l-oqsma bhala spalla ghal zwieghom.  Ir-rwol taghhom, ghalkemm indispensabbli, hafna drabi jigi injorat.


B’rizultat tal-process  ta’ emancipazzjoni tal-mara, infethu orizzonti godda anke fil-biedja u s-sajd Maltin, oqsma li sa ftit taz-zmien ilu ma kienux jispiraw lin-nisa li jwettqu l-ambizzjonijiet taghhom fil-grad manigerjali.


Fil-prezent, fil-Ministeru tal-Biedja u Sajd, hemm diversi nisa f’karigi ta’ responsabiltà li jmexxu progetti ta’ importanza nazzjonali.  Bil-ghan li dawn l-ufficjali jkollhom kull ghajnuna u sostenn fid-diffikultajiet li jistghu jiffaccjaw  fil-qadi ta’ dmirijiethom, aktar kmieni din is-sena twaqqaf Kumitat ‘Inizjattivi Godda Ko-ordinati min-Nisa’, bl-inizjattiva personali tal-Ministru Noel Farrugia.


Il-Kumitat qed jahdem wkoll sabiex jippromovi l-hidma fejjieda tal-bdiewa nisa fil-komunità u huwa intiz ukoll fil-qasam tal-volontarjat.  B’dan il-ghan, fuq inizjattiva tal-Kumitat, nisa impjegati fid-diversi dipartimenti tal-Ministeru ghamlu zjara lill-anzjani li jinsabu fid-Dar ta’ l-Imtarfa.  Matul din iz-zjara, l-anzjani gew ipprezentati bi pjanta kull wiehed u sar anke xoghol fil-gnien li nghata dehra ahjar. L-anzjani urew l-apprezzament taghhom ghal din l-inizjattiva u esprimew ix-xewqa li zjarat bhal dawn isiru aktar spiss.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow