Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU HABBAR LI T-THEJJIJIET GHALL-PRIVATIZZAZJONI TA’ 40% TAL-MIA HUMA AVVANZATI SEW

PR1395
Date Icon 31/07/1998

Jekk Malta tkun membru shih fl-Unjoni Ewropea, il-Malta International Airport ma jkunx jista’ jopera d-Duty Free mis-sistemi tieghu.


Dan habbru l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant waqt zjara li ghamel dalghodu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Matul iz-zjara, Dr Sant kien akkumpanjat mill-Ministru ghat-Trasport  u Portijiet Joe Debono Grech.


Il-Prim Ministru qal li bhalissa t-turizmu jinsab fil-peak season tieghu u dawk kollha li kienu tkellmu mieghu tul iz-zjara li saret fid-duty free area ilkoll  ikkonfermaw kemm qed ikollhom stagun mill-ahjar.  Kollox jindika li l-performance  kummercjali u finanzjarja tal-MIA din is-sena ser tkompli tizdied. Dan jikkonferma l-politika li miexi biha l-Gvern li jinkuragixxi aktar is-settur tat-turizmu.


Dr. Sant qal li l-lat kompettitiv tal-MIA ser jkompli jirranka fix-xhur li gejjin wara li, mis-sena d-diehla,  l-ajruporti ta’ pajjizi membri fl-Unjoni Ewropea, ser jaddottaw politika mahruga mill-istess Unjoni, li biha jispiccaw id-duty free shops kollha ta’ l-Unjoni Ewropea.


Bhala pajjiz li mhux membru shih ta’ l-Unjoni Ewropea ser jkollna vantagg fuq pajjizi membri u minn dan l-aktar li se jgawdi huwa l-MIA. Kieku Malta kellha issir membru shih ta’ l-Unjoni Ewropea, il-business  base tal-Malta International Airport jispicca, ghax ma tkunx tista’ topera d-duty free mis-sistemi taghha. Dan iwassal ukoll biex dawk il-hwienet li llum joperaw mill-post ma jkunux jistghu jsostnu l-impiegi li bhalissa jiggarantixxu. Ghall- kuntrarju, dan ma jigrix jekk Malta jkollha Zona ta’ Kummerc Industrijali Hieles ma’ l-Unjoni Ewropea.


Dr. Sant habbar li t-thejjijiet ghall-privatizzazjoni ta’ 40 % tal-MIA huma avvanzati sew. Semma li hemm interess minn ajruporti barranin li jridu li jkollhom sehem fl-MIA. Minbarra dan kollox juri li hemm stennija kbira ghaz-zmien meta l-MIA tohrog ghall-bejgh l-ishma taghha. L-indikazzjonijiet huma li t-target date ta’ Ottubru ser tintlahaq f’dak li hu bejgh ta’ ishma.


Min-naha tieghu, ic-Chairman tal-MIA, is-sur Eric Fenech Pace habbar li mill-indikazzjonijiet li ghandha l-kumpannija fuq l-andament taghha ghal din is-sena, l-MIA plc,  ghat-tieni sena konsekuttiva, ser tirregistra qliegh rekord. Din il-performance pozittiv tal-kumpannija f’dawn l-ahhar sentejn  ser tkompli tkabbar l-immagini tal-MIA, li hi krucjali fid-dawl tad-decizjoni li ha l-Gvern biex jipprivatizza 40 % tal-kumpannija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow