Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAL-KOMMUNITA’ KUMMERCJALI F’KASTILJA

PR1376
Date Icon 29/07/1998

Il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant iltaqa’ ma’ rapprezentati tal-kommunita’ kummercjali f’Kastilja. Il-Prim Ministru qal li xtaq jaghti perspettiva ta' kif il-Gvern qed jara is-sitwazzjoni ekonomika tizviluppa f'dawn l-ahhar zmienijiet.  Hu qal li l-ekonomija matul dawn l-ahhar hames snin kienet riesqa lejn il-punt fejn jekk ma tiehux toroq godda biex tizviluppa kienet se tahbat ma hajt fis-sens illi l-investiment dirett gdid ma kienx qieghed jasal daqskemm wiehed kien jistenna li jasal, ma kienx qieghed jiggenera impjiegi daqskemm kien mistenni.


Il-Prim Ministru qal li hafna mill-growth ekonomiku kien qieghed ibbazat fuq nefqa tal-Gvern illi kienet aktar ma jghaddi z-zmien aktar qeghda issir pezanti fuq l-ekonomija; u l-growth li kien qed jigi generat ma kienx jista' jkun aktar sostenibbli, fis-sens li kien qieghed jiddependi wisq fuq nefqa tal-Gvern, li kienet qed twassal ghal deficits dejjem jikbru. Il-Prim Ministru qal li l-istrategija tal-Gvern kienet mill-ewwel ippermjata fuq il-htiega illi jinghataw kick starts lil certi setturi ta' l-ekonomija bhat-turizmu. Wahda minn dawn il-kick starts kienet it-tnehhija tal-VAT li kienet tqila wisq fuq it-turizmu u setturi ohra produttivi.

Il-Gvern ta bidu ghal privatizzazzjoni parzjali ta’ azjendi pubblici kemm biex jilqa’ ghad-deficit fil-finanzi u wkoll biex izid l-efficjenza. L-esperjenza tal-Maltacom kienet tajba hafna u  l-indikazzjonijiet fuq il-Malta International Airport huma wkoll tajbin.


Il-Prim Ministru qal li  f'numru ta' korporazzjonijiet il-Gvern ha passi biex inaqqas l-inefficjenzi. Kien hemm success relattiv f’dan il-lat f'organizzazzjonijiet bhal PBS, fil- Gozo Channel, u fl-Air Malta.


Biex ikollna ekonomija moderna jehtieg li nilliberalizzaw l-industrija taghna. Biss qabel isir dan il-pass hemm bzonn li, fuq temp ta’ bejn hames u seba’ snin, nirristrutturaw l-industrija Maltija b’mod li nkunu kompetittivi fis-swieq Ewropej. Ir-Rapport Ramboll  jaghmel ghadd ta’ suggerimenti fuq kif din l-istrutturazzjoni tista’ ssehh.


... / ...

U ghalkemm min kiteb ir-rapport ghamel dan fil-hsieb li Malta tidhol membru shih ta’ l-Unjoni Ewropea, is-suggerimenti ta’ Ramboll jibqghu validi ghall-industrija anke f’kuntest ta’ Zona ta’ Kummerc Industrijali Hieles. Taht ftehim bhal dan, il-prodotti Maltin jigu ccargjati l-istess sisa bhall-prodotti Ewropej u jkunu jistghu jikkompetu fis-swieq Ewropej ma’ l-istess prodotti Ewropej. Dan ikunu jistghu jaghmluh minghajr il-bzonn li pajjizna jbaxxi rasu ghar-regoli u r-regolamenti wiesgha li ggib maghha shubija shiha fl-Unjoni Ewropea.


Il-Pajjizi ta’ l-EFTA li llum huma membri shah ta’ l-Unjoni Ewropea, fil-fatt ghaddew minn din it-triq. Wara waslu ghall-European Economic Space u eventwalment ghal shubija shiha. Tant taghmel sens it-triq li ghazlet Malta, li l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Ciprijott recentament spjega lill-Ministru George Vella li kieku ma kienx ghall-inkwiet politiku f’pajjizu, dan kien jaghzel iz-Zona ta’ Kummerc Industrijali Hieles ghal Cipru flok Shubija Shiha.


Matul il-laqgha f’Kastilja saret referenza ghal kif l-qasam tal-biedja ser jintlaqat fiz-Zona ta’ Kummerc Hieles. Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant  tenna li l-prodotti tal-biedja ser jkunu eskluzi mill-provizjonijiet taz-Zona ta’ Kummerc Hieles u jibqghu bil-levies.


Dwar l-industrija tal-bini whud minn dawk prezenti qalu li wahda mill-problemi li tezisti hija li mhux qed isibu bizzejjed nies biex jahdmu f’dal-qasam. Kien hemm suggerimenti fis-sens li l-Gvern ghandu jara kif jista jutilizza numru ta’ haddiema li ghandu mieghu specjalment fil-Kalaxlokk.


Fuq l-istess qasam tkellem ukoll il-Prim Ministru fejn irrefera ghal diversi progetti bhal dak ta’ Manoel Island, li hekk kif jibdew, l-industrija tal-bini tiehu spinta ’il quddiem. Irrefera ukoll ghas-self ta’ mitt elf lira  li hareg dan l-ahhar il-Gvern. Qal li sar bracket ta’ ghaxar t’elef lira extra maghhom biex il-Gvern jkun jista’ jhallas l-arretrati li kellu ma’ l-industrija tal-bini kif ukoll ma’ l-importaturi tal-medicini. L-ahhar figura fuq il-pendenzi li hemm fuq pagamenti tal-Gvern, f'certi setturi tal-kostruzzjoni issa qed jigu stmati li jlahhqu mas-16-il miljun lira. Dawn imorru lura ghall-1992 u aktar.


Ghal kritika li saret minn fost l-udjenza, li pajjizna mhu qed joffri xejn ghall-barranin, il-Prim Ministru qal li l-Gvern jemmen li ghandu jinvesti biex itejjeb l-prodott u l-facilitajiet offruti minn pajjizna. Bhala ezempju huwa semma l-Casinos, Golf Courses, l-Bini tat-Teatru , l-progett Connections kif ukoll  l-Yacht Marinas. Jigifieri dawk huma l-project areas fejn il-Gvern ihoss illi b'investiment min-naha tas-settur privat taht kundizzjonijiet xierqa  ta' ghotjiet min-naha tal-Gvern jistghu jiggeneraw investiment essenzjali ghall-pajjiz.



... / ...

Matul il-laqgha saret kritika qawwija  fil-konfront ta’ l-Awtorita ta’ l-Ippjanar li dawk prezenti qalu li ghandha certu policies li ma jaghmlux sens. Issemmew l-emendi li saru matul is-sena li ghaddiet biex itejbu l-operat ta’ l-istess Awtorita. Madankollu l-Gvern jinnota li l-problema qed tibqa’ f’dawk li huma progetti kbar, fejn il-burokrazija hija kbira hafna.


Dwar il-qasam tat-telekomunikazzjoni f’pajjizna, kien hemm qbil dwar il-privatizzazzjoni parzjali tal-Maltacom. Madankollu wiehed minn dawk prezenti ilmenta dwar il-fatt li meta jitlob ghal xi servizzi, qed jibqa bla risposta. Minn naha tieghu il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant irrimarka li l-privatizzazjoni parzjali ghandha twassal ghal organizzazjoni flessibli. Il-Prim Ministru habbar li l-Maltacom qed twaqqaf strutturi godda biex tizviluppa  Business gdid  u Customer Care.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow