Left arrow Go Back

GHOTJA TA’ RENAL DIALYSIS MACHINE MILL-COMMUNITY CHEST FUND

PR1374
Date Icon 29/07/1998

L-Eccellenza Tieghu il-President ta’ Malta, Dr. Ugo Mifsud Bonnici u s-Sinjura  Gemma Mifsud Bonnici, f’isem il-Malta Community Chest Fund, ipprezentaw Renal Dialysis Machine lill-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr. Michael Farrugia, ghall-uzu fl-iSptar San Luqa.  F’kelmtejn ta’ l-okkazjoni, il-Ministru Farrugia rringrazzja lill-President tal-hsieb nobbli tal-Malta Community Chest Fund, li f’temp ta’ ftit xhur, offrew zewg magni tal-kliewi lill-pazjenti fl-isptar.  Huwa enfasizza l-bzonn li jkun hawn aktar donaturi ta’ l-organi ghaliex meta pazjent jigi moghti kilwa ta’ haddiehor jkun jista’ jghix hajja aktar normali u hajja ahjar.


Il-Ministru Michael Farrugia qal li l-problema tal-mard tal-kliewi qed tizdied u ghalhekk inhass il-bzonn li r-Renal Unit tikber.  Minhabba f’hekk ser ticcaqlaq il-Ward M7 biex taghmel post ghat-tkabbir tar-Renal Unit.


Il-Ministru qal li diga’ harget is-sejha ghall-offerti sabiex jinxtraw hames magni tal-kliewi ohra.  Tnejn minn dawn il-magni se jibdlu ohrajn li huma antiki u qed tkun difficli sabiex jinxtraw spare parts ghalihom.


Biz-zieda ta’ dawn il-magni godda, il-pazjenti morda bil-kliewi se jkunu jistghu jinqdew ahjar u ma jkunx hemm bzonn li jigu estizi aktar il-hinijiet, sabiex il-pazjenti jiehdu l-kura matul il-lejl.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow