JITLESTA X-XOGHOL TA’ MANUTENZJONI FI DJAR TAL-GVERN F’TAL BUJAR, F’WIED IL-GHAJN
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu rega’ zar il-Kumpless ta’ Djar tal-Gvern f’tal-Bujar, Wied-il-Ghajn, fejn ghadu kif tlesta x-xoghol ta’ tiswijiet fuq djar tal-Gvern. Minn dawn it-tiswijiet li tlestew fi zmien gimghatejn, gawdew mat-18-il familja li jghixu f’dan il-qasam. Dawn ix-xoghlijiet jaghmlu parti minn kampanja intensifikata ta’ tiswijiet f’postijiet tal-Gvern li qeghda ssir fuq inizjattiva tal-Ministru.
Dan ix-xoghol twettaq minn haddiema tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar fi hdan il-Ministeru tad-Djar. F’din iz-zjara, il-Ministru Portelli ltaqa’ mar-residenti ta’ dan il-kumpless li zzuh hajr ghal dan ix-xoghol li sar u li kien tant mehtieg. Minn tal-Bujar il-Ministru mar izur il-qasam tad-Djar ta’ Zonqor, f’Wied il-Ghajn ukoll.
F’dawn l-ahhar gimghat, il-Ministru Portellli ghamel diversi zjajjar f’ghadd ta’ oqsma ta’ djar tal-Gvern fejn ra xoghol ta’ tiswija fuq blokki ta’ appartamenti kemm fuq il-faccati u anke fil-partijiet komuni. F’dawn l-ahhar ftit xhur sar xoghol bhal dan fi 30 blokk fil-Marsa, f’ohrajn f’Bormla, Birzebbuga, il-Belt, San Gwann u postijiet ohra. Xoghol iehor ta’ tiswijiet jinsab ghaddej fil-qasam tad-djar fuq Verdala, Bormla u fil-Qasam tad-Djar ta’ Haz Zabbar. B’rizultat ta’ din il-kampanja, f’dawn l-ahhar disa’ xhur saru diga’ 1,324 bicca xoghol madwar Malta. Dan ix-xoghol sewa Lm1224,461.
F’Wied-il-Ghajn ukoll il-Ministeru ghad-Djar mistenni jwettaq xoghol ta’ landscaping fil-Qasam tad-Djar ta’ Zonqor li se jkun jinkludi fih ukoll gnien. Fil-gimghat li gejjin id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar mistenni johrog l-offerti ghal dan ix-xoghol li mistenni jigi jqum mas-Lm86,000. Ix-xoghol ta’ landscaping mistenni jkopri area ta’ madwar 4,300 metru kwadru u fiha se jithawlu sigar, se jitqieghed pavimentar u anke bankijiet fejn ir-residenti jkollhom fejn jiehdu r-rikreazzjoni taghhom.
Sadanittant, diga’ beda x-xoghol fuq disa’ gonna f’ghadd ta’ bliet u rhula f’Malta filwaqt li hargu l-permessi fuq disa’ gonna ohra f’hafna inhawi f’Malta. Il-Ministeru bhalissa qieghed jistenna l-hrug tal-permessi biex isiru disa’ gonna ohra. L-ispiza totali fuq il-gonna li bdew u l-ohrajn kollha li ghad iridu jsiru mistennija tlahhaq mal-Lm1,135,000. Huwa rega’ zar ix-xoghol ta’ tisbih li qieghed isir fil-bajja u f’toroq f’ Wied-il-Ghajn.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922