IS-SEGRETARJA PARLAMENTARI HELENA DALLI TIPPREZENTA MANUAL DWAR L-UGWALJANZA LILL-MINISTRU TA’ L-EDUKAZZJONI
Is-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa, Helena Dalli, ipprezentat il-Manual Lejn Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irgiel - Programm ta’ Gharfien lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo. Dan il-Manwal, sponsorjat mis-Segretarjat li sar bil-koperazzjoni tal-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara u tad-Dipartiment tad-Drittijiet tan-Nisa, hu mmirat li jintuza mill-ghalliema tal-Personal and Social Education, biex iqanqlu gharfien dwar l-ugwaljanza fost l-istudenti taghhom fl-iskejjel sekondarji, kemm tal-bniet u kemm tas-subien. Dan il-Manwal ser jibda jintuza fl-iskejjel minn Ottubru ta’ din is-sena.
Sa mit-twaqqif tieghu s-Segretarjat Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa firex il-hidma tieghu fuq tliet binarji: dak legali, strutturali u kulturali. Il-qasam kulturali huwa l-aktar wiehed iebes biex tinfiltra minhabba li biex tbiddel mentalita’, li ilha s-sekli maghguna b’certu rwoli sterjotipati ghan-nisa u ghall-irgiel, huwa process li jiehu fit-tul.
Dan ix-xoghol jista’ jkun success bl-ghajnuna u l-koperazzjoni kontinwa li tezisti bejn il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u s-Segretarjat Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa. L-importanza li l-Ministeru jaghti lit-trawwim ta’ l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel jidher mis-sehem li dan is-Segretarjat kellu fil-preparazzjoni ta’ l-abbozz tal-Kurrikulu Nazzjonali Gdid ghall-Edukazzjoni f’Malta li l-Ministeru ghadu kif ippubblika. Kif jidher d-dokument kollu jindirizza l-bniet u s-subien u jahseb ghall-bzonnijiet u l-izvilupp taz-zewg sessi. Barra minn hekk kapitlu shih (Kapitlu 7) gie dedikat specifikament ghal “Kurrikulu u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi”.
.../..
Issa nhallu f’idejn l-ghalliema biex juzaw dan il-Manwal fix-xoghol taghhom ta’ kuljum ma’ l-istudenti fil-klassi. Dan ghandu jghin sabiex nibnu socjeta fejn is-solidarjeta bejn in-nisa u l-irgiel, li tissarraf fl-gharfien tad-drittijiet u dmirijiet ugwali, tinkiseb ukoll permezz ta’ edukazzjoni f’dan ir-rigward.
Ms Dalli tat hajr lil Maria Camilleri u lil Lillian Portelli li hejjew dan il-Manwal bhala parti mill-kors postgraduate taghhom fis-suggett Personal and Social Education. Huma kien mghejjuna minn Mary Anne Lauri, lecturer fil-Psikologija, u Maud Muscat, ghalliema tal-Personal and Social Education.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922